Referenza: 583/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/03/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
SAMMUT CARMELO SIVE CHARLES ET vs GRECH ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
GIEBJA, DIVIZJONI TA`
Fil-Qosor
L-art. 442 tal-Kodici Civili jiddisponi li:

442. (1) Jekk giebja tibqa' diehla sa taht il-fond tal-gar, dan jista' jaghmel toqba u jinqeda bl-ilma, izda bl-obbligu li jhallas lis-sid tal-fond li fih it-thaffir tal-giebja jkun inbeda, nofs l-ispejjez li jkun ghamel.
(2) Kull wiehed miz-zewg girien jista' jitlob li dik il-bicca tal-giebja li tkun taht il-fond tieghu tigi mifruda minndik li tkun taht il-fond ta' l-iehor b'hajt li ghandu jinbena, u, meta jinhtieg, jissewwa, bi spejjez tat-tnejn.
(3) Izda, jekk il-bicca tal-giebja li tkun tinsab taht il-fond ta' wiehed mill-girien tkun wisq akbar minn dik li tkun tinsab taht il-fond ta' l-iehor, il-qorti tista', skond ic-cirkostanzi, meta tordna l-firda, tikkundanna lill-ewwel wiehed ihallas lill-iehor sehem, skond ma jmissu, mis-somma li dan ta' l-ahhar ikun nefaq ghat-thaffir ta' dik il-giebja.

Dak l-artikolu ma jaghtix jedd lill-gâr illi jaqsam il-giebja; jaghtih biss il-jedd illi jitlob illi l-giebja tinqasam bil-modalità mfissra fl-istess artikolu. Sakemm il-qasma ma tkunx saret kif irid l-artikolu, il-giebja ghandha tibqa' komuni. Jidher car mill-kliem ta' l-artikolu illi ghandha tkun il-qorti li "tordna l-firda", u ghalhekk il-firda maghmula minn parti minghajr il-kunsens ta' l-ohra ma tiswiex biex iccahhad lil dik il-parti l-ohra mill-jeddijiet taghha fuq il-giebja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni