Reference: 565/2003/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GALEA MARIO ET vs TACSUM LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, AB OMISSA DECISIONE - IC-CITAZZJONI U R-RIKORS KONTEMPLATI FL-ARTIKOLU 235 TAL-KAP. 12 GHANDHOM JIGU INTAVOLATI QUDDIEM L-ISTESS QORTI LI TKUN GHAMLET L-OMISSJONI
Summary
L-Artikolu 235 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi testwalment dan:-

"Meta l-qortita' l-ewwel grad thalli barra fid-decizjoni wahda mit-talbiet proposti, ma jinghatax appell ab omissa decisione:

Izda, kull wahda mill-partijiet tista', fiz-zmien ta' hmistax-il jum minn dak in-nhar tas-sentenza, bil-mezz ta' rikors, titlob lill-qorti ta' l-ewwel grad li taqta' dik it-talba;u fuq dan ir-rikors, wara li l-partijiet jigu mharrkin mill-gdid, il-qorti tiddeciedi fuq dik it-talba; f' dan il-kaz, iz-zmien ghall-appell mis-sentenza kollha, jew minn kull parti minnha, jibda jghodd minn dak in-nhar ta' l-ahhar decizjoni:

Izda, ukoll, kull wahda mill-partijiet tista', f'kull zmien li jkun, titlob quddiem il-qorti ta' l-ewwel grad, bil-mezz ta' citazzjoni, id-decizjonitat-talba li ma gietx deciza."

Una volta jkun stabbilit li l-Qorti tkun ommettiet li tiddeciedi xi talba l-parti tista' tinqeda jew bir-rimedju tar-rikors fiz-zmien stabbilit ta' hmistax-il jummis-sentenza jew permezz ta' citazzjoni f' kull zmien.

Ic-citazzjoni trid tingieb quddiem l-istess Qorti li tkun ghamlet l-omissjoni.

Bl-adozzjoni ta' din l-interpretazzjoni sistematika, l-Artikolu 235 in diskussjoni jircievi spjegazzjoni mill-element unitarju tad-disposizzjoni u li tikkorrispondi b' mod preciz u akkurat ghall-ghaqda tas-sinifikati emergenti mill-konsiderazzjoni tad-diversi partijiet ta' l-istess disposizzjoni.

Indubitament l-ommissjoni saret mill-Qorti adita u l-mezzi procedurali konsentiti - rikors jew citazzjoni - ghandhom l-iskop evidenti li l-parti tirrikorri lil dik l-istess Qorti biex din taghti decizjoni fuq il-punt ommess minnha, kif hekk jinghad mill-istess lokuzzjoni ta' l-artikolu de quo;

Dan hu hekk ghax l-ommissjoni saret minn dikil-Qorti adita. Kieku kien xort' ohra jintilef l-iskop tal-ligi u cjoe li d-decizjoni fuq l-ommissjoni, kif inhu komprensibbli, tikkompenetra ruhha ma' dik ta' l-ewwel decizjoni u jitqiesu daqs li kienu sentenza wahda intiera.

F' kull paragrafu ta' l-Artikolu 235 hemm dejjem il-kliem illi s-sentenza tkun ta' qorti ta' l-ewwel grad u r-raguni hija illi l-ligi riedet tistabbilixxi illi f' dan il-kaz ma ghandux isir appell. Huwa dejjem prezunt illi bil-modi ndikati f' dak l-artikolu l-incident ghandu jingieb quddiem il-Qorti li tkun halliet barra fid-decizjoni wahda mit-talbiet proposti.

Dan tant hu hekk li jinsab deciz ukoll illi meta huwa l-kaz ta' omessa decizjoni f' sentenza l-Imhallef li jista', u ghandu, jaghti s-sentenza li giet ommessa hu l-istess wiehed li qata' l-kawza fejn dik id-decizjoni giet ommessa. Ghalhekk, issokta jinghad, illi dan ma jistax jigi rikuzatmeta ssir it-talba ghad-decizjoni li giet ommessa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info