Reference: 524/2002/1

Judgement Details


Date
16/03/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DALMAS IRIS vs GERMAN RONNIE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ECCEZZJONIJIET, INTEMPESTIVITA` - ECCEZZJONI DILATORJA LI TRID TITQAJJEM IN LIMINE LITIS - IMGHAX, FORMA TA` L-INTERPELLAZZJONI MEHTIEGA - MUTWU, META JKUN ONERUZ - MUTWU, NATURA TA`
Summary
Self oneruz jassumi karattru ta' kuntratt bi pretensjonijiet korrispettivi. Dan minhabba l-obbligutal-mutwatarju li jhallas lill-mutwant, bhala korrispettiv ghall-godiment koncess, l-interessi jew kumpens konvenut. Dan johrog car mid-dispost ta' l-Artikolu 1842 u 1850 (1) tal-Kodici Civili;

Is-self hu kuntratt oneruz u allura hemm l-obbligu tar-restituzzjoni. Huwa wkoll kuntratt ghal zmien. Dan iz-zmien jista' jkun miftiehem u jista' wkoll ma jkunx. F' din l-ahhar eventwalita` hu prezunt ex lege, bl-Artikolu 1078 tal-Kodici Civili illi meta z-zmien ikun gie mholli fir-rieda tad-debitur, jew jekk ikun gie miftiehem illi d-debitur ghandu jesegwixxi l-obbligazzjoni meta jkun jista', jew meta huwa jkollu l-mezzi biex jezegwiha, allura f' kaz bhal dan l-obbligazzjoni ghandha tigi esegwita zmien sentejn jekk is-somma mislufa ghandha tinghata minghajr imghax, jew fi zmien sitt sninjekk is-somma ghandha tinghata bl-imghax [para (a) tas-suddett artikolu];

L-eccezzjoni ta' l-intempestivita` hija ta' natura dilatorja u ghalhekk ghandha titqajjem fil-bidu tal-kawza.

Ghall-iskop tad-dekorriment ta' l-imghax hu mehtieg interpellazzjoni formali biex id-debitur jitqieghed in mora. Hija mehtiega interpellazzjoni specifika ghall-hlas u mhux semplici intimazzjoni lid-debitur sabiex jezegwixxi l-obbligazzjoni tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info