Referenza: 880/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/03/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
MANGION VICTOR ET vs AQUILINA RAPHAEL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACCESSJONI, ELEMENTI TA` - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, DISTINZJONI BEJN L-ACTIO REI VINDICATORIA U - ACTIO FINIUM REGUNDORUM, ELEMENTI TA`
Fil-Qosor
L-actio finium regundorum hi azzjoni li tista' tigi tentata b' success fil-kazijiet li hemm xi dubjudwar il-konfini bejn proprjeta` u ohra. Minn dan jitnissel illi f' din l-azzjoni reali u petitorjama humiex id-drittijiet rispettivi tal-proprjeta` li jitqeghdu in diskussjoni imma l-iskop ta' l-azzjoni hu dak li jtendi unikament biex tigi eliminata l-incertezza dwar id-demarkazzjoni bejn iz-zewgfondi, u b' hekk is-sitwazzjoni ta' fatt tigi adegwata ghal dik ta' dritt;

Tajjeb li jigi precizat illi tali azzjoni ma titlefx in-natura rikonjittiva taghha lanqas fil-kaz li l-eliminazzjoni ta' l-incertezza ggib maghha l-obbligu tar-rilaxx ta' dik il-porzjoni indebitament posseduta. Ghalhekk talba f' dan is-sens hi proponibbli in kwantu hi l-konsegwenza ta' l-istanza tar-regolamentazzjoni tal-konfini;

Ghandu jigi osservat ukoll illi tali azzjoni tiddistingwi ruhha minn dik ta' rivendika in kwantu mentri din ta' l-ahhar tippresupponi kontestazzjoni dwar it-titolu tal-proprjeta`, l-azzjoni tar-regolament tal-konfini tirrizolvi l-litigju bl-accertament ta' l-estensjoni tal-proprjeta`;

Mill-istess natura ta' azzjoni bhal din, iz-zewg kontendenti huma bla dubju gravati bil-prova li jiddemostraw l-estensjoni tal-fond rispettiv taghhom. Hawnhekk ma japplikax il-principju "actore non probante, reus absolvitur" in kwantu stante il-karattru "vindicatio duplex incertae partis", il-konfini jrid jigi determinat in relazzjoni ghal dawk l-elementi probatorji li jkunu jidhruattendibbli. M' hemmx dubju li dawn l-elementi jistghu jigu suppliti b' kull mezz ta' kull speci maghruf mill-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili. B' dana kollu f' kazijiet ta' din in-natura hemm certi elementi li jistghu jitqiesu decizivi. Hekk, per ezempju, wiehed ma jistax jipprexxindi ruhu mill-ezami tat-titolu ta' akkwist tal-proprjetajiet rispettivi in kwantu dawn certament jikkostitwixxu l-bazi prevalenti ghar-rizoluzzjoni ta' l-incertezza. Trattandosi, imbaghad, minn porzjonijiet ta' art wahda organika, jaghmel prova attendibbli l-kejl rizultanti mill-istess attijiet ta'akkwist u mill-pjanti. Dan ghaliex tali kejl huwa evidentement idoneu ghall-individwar b' certa ezattezza tal-linja ta' qasma bejn iz-zewg proprjetajiet linitrofi;

Jinghad ukoll illi "hu jusreceptum illi, f' kazi simili, minn zmien id-dritt Ruman, huwa prova konkludenti anke is-sinjali, ossija marche di confine. Anzi, proprjament, meta dan is-sinjal ta' delimitazzjoni jkun ovvju, lanqaskienet tigi ammessa l-azzjoni ta' regolament ta' konfini ladarba, b' dak is-sinjal, dawk il-konfinijkunu certi";

L-Artikolu 571 tal-Kodici Civili jikkontempla l-akkwist ta' proprjeta` immobiljari bil-jedd ta' accessjoni versu kumpens xieraq biex jaghmel tajjeb ghal tali akkwist ope legis.Sta ghall-konvenut li jipprova b' mod konvincenti d-dispost ta' dan l-artikolu li huwa qed jinvoka.

L-elementi ghall-applikazzjoni tal-precitat artikolu huma dawn:-

(i) illi tkun giet okkupata porzjoni tal-fond kontigwu (u mhux l-fond kollu);
(ii) illi dak ikun sar in buona fede;
(iii) illi l-kostruzzjoni tkun giet maghmula bi xjenza u minghajr opposizzjoni tal-vicin.


Ghall-iskop ta' l-imsemmi artikolu l-buona fede rilevanti tikkonsisti f' dak il-konvinciment ragonevoli tal-kostruttur li hu qed jibni fuq art proprja tieghu u li ma kien qed jikkommetti ebda uzurpazzjoni. Dan l-istat soggettiv irid jezisti mill-bidu sat-tmiem tal-bini. Barra minn hekk din il-buona fede ma tistax tkun prezunta izda trid tigi demostrata, fil-fattispeci partikolari tal-kaz, mill-kostruttur jekk irid jikkonsegwixxi favur tieghu t-trasferiment tal-proprjeta` ta' l-art okkupatabil-bini. Dan ghaliex, kif dottrinalment indikat, dan l-artikolu tal-ligi huwa limitazzjoni ghall-principju generali ta' l-accessjoni "superficies solo cedit";




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni