Referenza: 1792/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/03/2005
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
BORG ANTHONY ET vs WILLOUGHBY ANTHONY FRANCIS
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
CHEQUE, NATURA TA`
Fil-Qosor
L-emissjoni ta' cheque hi prova dokumentali ta' l-element kostitutiv tar-rapport u jikkreja, in materja, il-presunzjoni legali relattiv tat-titolarita` tad-dritt stabbilit f' dan id-dokumenti (ic-cheque) ghaf-favur tal-persuna legittimata. Dan ghaliex, kif deciz, "ic-cheque ... intrinsikament mhuwiex hag' ohra hlief dokument ta' kreditu (credit document - documento rappresentante un credito presso una banca)". F' idejn il-pussessur ic-cheque ghandu l-vantagg konsimili ghal dak li ghandu titolukambjarju.

In kwantu tali, ir-relazzjoni kif emergenti minn wicc ic-cheque, hi allura ekwiparata ghar-relazzjoni bejn it-traent u t-trattarju kif emergenti minn wicc il-kambjali stess. Hu danl-aspett li jaghmel l-azzjoni kambjarja azzjoni awtonoma.

Ghalhekk il-kreditur li jagixxi, invokanti titolu simili, hu f' certu sens dispensat bis-sahha ta' l-istess cheque u titolu milli jipprova r-rapport fondamentali; mentri d-debitur, emissarju tac-cheque, ma jistax jippretendi li jista'johloq dubji fuq it-titolarita` tal-kreditu vantat, u in mankanza ta' eccezzjonijiet jew difiza riflettenti fuq l-obbligazzjoni - ad exemplum, l-exceptio doli - ikollu jbati r-riskju ta' l-eventwalirifjut jew nuqqas tal-hlas reklamat;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni