Reference: 134/2001/1

Judgement Details


Date
03/03/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
BROWN ALFRED ET vs MIFSUD JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
KOMUNJONI TAL-AKKWISTI, EFFETT TA` SENTENZA OTTJENUTA KONTRA WIEHED MILL-KONJUGI
Summary
M'hemmx dubju li qabel l-1993, ir-rapprezentanza legali u guridika tal-komunjoni tal-akkwista kienetvestita f'idejn ir-ragel biss, li wahdu seta' jagixxi u jiddisponi mill-assi tal-komunjoni kwazi bla xkiel. Bl-Att XXI tal-1993, li emenda l-Kodici Civili, il-posizzjoni inbiddlet u r-rapprezentanzatal-komunjoni tal-akkwisti giet affdata fil-koppja mizzewga. Il-ligi, pero', dahlet distinzjoni bejn l-amministrazzjoni ordinarja u l-amministrazzjoni straordinarja tal-istess akkwisti. L-artikolu1322(1) tal-Kodici Civili jiddisponi li l-amministrazzjoni ordinarja tal-akkwisti u l-jedd li wiehediharrek jew jigi mharrek dwar dik l-amministrazzjoni ordinarja imissu lil kull wahda mill-partijietmizzewga. Min-naha l-ohra, l-artikolu 1332(2) jipprovdi li l-jedd li jitwettqu l-atti ta' amministrazzjoni straordinarja, u l-jedd li wiehed iharrek jew jigi mharrek dwar dawk l-atti imissu liz-zewgmizzewgin flimkien.

L-atti ta' amministrazzjoni straordinarja huma elenkati tassittivament uesklussivament fis-subartikolu (3) tal-artikolu 1322. Huma biss dawk l-atti elenkati fl-artikolu 1322(3)(a) sa (m) li ghandhom jitqiesu ta' natura straordinarja u, ghalhekk, ghandhom jinghataw interpretazzjoni restrittiva. Issa, fost l-atti elenkati fl-indikati sub paragrafi ma insibux il-hlas tal-kera ta' fond li jappartjeni lill-komunjoni tal-akkwisti, jew azzjonijiet ta' zgumbrament minn tali fond. Skond is-subparagrafu (g) huwa att ta' amministrazzjoni straordinarja l-akkwist ta' xi jedd ta' tgawdija ta' proprieta' immobbli meta l-prezz tieghu ma jkunx moderat meta tqabblu mal-kondizzjoni tal-familja u meta l-kirja ma tkunx ghal zmien qasir. Darba, pero', sar l-akkwist, l-atti relattati mat-tgawdija tal-immobbli ma jitqiesux atti ta' amministrazzjoni straordinarja. Darba sar l-akkwist, l-effetti tieghu, bhal, per ezempju, il-hlas tal-kera, it-tiswija tal-fond, l-ameljoramenti li jsiru fil-fond, u affarijiet ohra marbuta mat-tgawdija tal-fond, ma gewx elenkati bhala atti ta' amministrazzjoni straordinarja, u kwindi, huma atti ta' amministrazzjoni ordinarja li jmissu lil kullwahda mill-partijiet mizzewga.

Il-hlas mensili jew annwali tal-kera hija zgur att ta' amministrazzjoni ordinarja, u l-hlas jista' jsir kemm mir-ragel kif ukoll mill-mara separatament. Darba hu hekk, l-jedd li wiehed iharrek jew li jigi mharrek in konnessjoni mal-kera tispetta lill-mizzewwgin separatament a tenur tal-artikolu 1322(1) tal-Kodici Civili. Darba l-att huwa ta' amministrazzjoni ordinarja, kull wahda mill-partijiet mizzewwga setghet tigi imharrka dwaru.

Kwindi, sid l-appartament in kwistjoni kien gustifikat li jinterpella ghal-hlas tal-kera parti wahda mill-partijiet mizzewwga, u darba li baqa' ma thallasx, kien gustifikat ukoll li jagixxi kontra parti wahda biexjottjeni l-konsegwenza tan-nuqqas ta' hlas.

L-artikolu 1322(3) tal-Kodici Civili, inoltre, fil-waqt li jqies l-akkwist ta' jedd ta' tgawdija fuq proprjeta' immobbli bhala att ta' gurisdizzjoni straordinarja, ma jelenkax bl-istess mod kull forma ta' terminazzjoni ta' dan il-jedd ta' uzu. Fil-waqt li meta l-ligi titkellem fuq jeddijiet reali fuq beni immobbli, tolqot l-akkwist, il-holqien,it-trasferiment, ir-rixessjoni u r-rinunzja ta' dawn il-jeddijiet (fl-artikolu 1322(3)(a) u (m)), meta titkellem fuq jeddijiet personali (kif, hu risaput, huwa d-dritt ta' lokazzjoni), l-istess ligima tuzax l-istess dicitura, u, per ezempju, att li bih dritt personali jigi rexiss, ma hux inkluz mal-atti ta' natura straordinarja. Is-sub paragrafu (m) jipprovdi, hu veru, li kull dikjarazzjoni maghmula inter vivos li permezz taghha jigi rinunzjat xi jedd fuq beni immobbli jitqies bhala att ta' amministrazzjoni straordinarja, (ghalkemm it-test ingliz jispecifika "any real right", jedd fuq immobbli ma jistax ikun mod iehor hlief jedd reali ghax jedd personali jezisti fil-konfront ta' kredituru mhux fuq beni immobbli) imma hawn non si tratta la minn jedd reali u lanqas minn dikjarazzjoni ta'rinunzja, izda minn non-pagament tal-kera, li l-hlas tieghu huwa att ta' amministrazzjoni ordinarja, u l-konsegwenza ta' dak li jsir jew ma jsirx in konnessjoni ma' att ta' amministrazzjoni ordinarjatmiss lil kull wahda mill-partijiet mizzewga skond l-artikolu 1322(1) tal-Kodici Civili. Altrimenti, il-konkluzzjoni tkun li fil-waqt li dak kollu konness mal-hlas tal-kera ikun att ta' amministrazzjoni ordinarja, il-konsegwenzi li johorgu mill-hlas jew min-nuqqas tal-hlas, ikunu ta' indole straordinarja, haga li tisnatura l-ligi.

Il-ligi titkellem b'mod car meta tghid fl-artikolu 1322(1)li f'dak kollu li huwa "dwar" l-amministrazzjoni ordinarja (u l-hlas tal-kera huwa att ta' amministrazzjoni ordinarja), jista' jitharrek parti wahda mill-partijiet mizzewga, u, ghalhekk, f'dan il-kaz, la darba il-motiv tal-kawza quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera, kien in konnessjoni ma jew "dwar"att ta' amministrazzjoni ordinarja, il-proceduri li ittiehdu kontra r-ragel biss jorbtu l-kommunjoni tal-akwisti, u kwindi anke lill-mart l-intimat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info