Referenza: 2137/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
BUGEJA CARMEN ET vs TANTI JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AZJENDA KUMMERCJALI, LOKAZZJONI TA` - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - PREZUNZJONIJIET LEGALI, ELEMENTI MEHTIEGA GHAL
Fil-Qosor
Il-fatt li skrittura ta' lokazzjoni ma ssemmix il-kuncett ta' avvjament ma jfissirx necessarjament li din tkun kirja ta' bare premises. Lanqas ma jista' jinghad li hemm xi prezunzjoni f'dan is-sens.

Wiehed ma jistax semplicement jippresumi li tezisti l-allegata prezunzjoni, ghaliex il-prezunzjonijiet huma normalment stabbiliti mil-ligi stess. Huwa proprju ghalhekk li l-Artikolu 1234 tal-Kodici Civili jiddisponi li;

"Dak li ghandu favur tieghu prezunzjoni stabbillita mil-ligi, hu mehlus mill-prova ta' kull fatt prezunt."

Dak li huwa verament determinanti huwa li wiehed jistabilixxi x'kien il-veru oggett tal-ftehim milhuq bejn il-partijiet meta sar in-negozju in kwistjonibejniethom. Biex jiddetermina gustament din il-kwistjoni wiehed irid jezamina akkuratament l-iskrittura ta' lokazzjoni in kwistjoni, kif ukoll ic-cirkostanzi kollha relevanti tal-kaz, kif jemergu mill-provi akkwiziti fil-process. Ghalhekk, wiehed ikun irid jistabilixxi jekk il-lokazzjoni in kwistjoni kienitx tirrigwarda unikament il-bini nnifsu tal-hanut bhala bare premises, jew inkella din il-lokazzjoni kienitx tinvolvi mhux biss il-bini tal-hanut, izda wkoll u principalment, il-hanut gia` mrawwem, diga` armat ghan-negozju, bil-licenzji kollha mehtiega mill-awtoritajiet u bl-avvjament li diga` kien igawdi u cioe` b'dawk l-elementi kollha li jikkostitwixxu a going concern.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni