Referenza: 13/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DEBRINCAT MARTIN vs L-AWTORITA TA' MALTA DWAR L-AMBJENT U L-IPPJANAR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, DECIZJONIJIET TAL-BORD IRIDU JKUNU BEN MOTIVATI - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` DRITT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNT TA` FATT - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, PUNTI TA` DRITT DECIZI IMPLICITAMENT
Fil-Qosor
F'appelli minn decizjonijiet tal-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar, ma hemmx bzonn li l-punt ta' ligi jkun gie espressament definit fis-sentenza appellata. Hu sufficjenti li l-punt ta' ligi li fuqu jsir l-appell jirrizulta involut jew implicitu fid-decizjoni, in kwantu d-decizjoni tkun ittiehdet bis-sahha tal-principju interpretattiv tal-ligi li l-appellant jikkontesta.

Ciononostante din l-enuncjazzjoni, f'materji vizwalizzati fit-termini ta' l-Artikolu 15 (2) ta' l-Att il-qaghda hi pjuttost differenti. Kif deciz, is-semplici applikazzjoni ta' xi disposizzjoni tal-ligi ghall-fatti lijkunu rrizultaw lill-Bord jew is-semplici enuncjazzjoni ta' xi disposizzjoni lanqas ma jaghtu lok ghall-appell quddiem din il-Qorti. Biex l-appell ikun ammissibbli, il-kwistjoni trid tkun necessarjament dwar kwistjoni ta' dritt, li tkun qamet kontroversja dwarha, li tkun giet diskussa u elucidata fil-motivazzjoni u li tkun giet definita fis-sentenza appellata.

Il-Qrati taghna diversi drabikkonsidraw li appelli bazati fuq simili aggravju kienu jirrientraw fil-parametri ta' l-Artikolu 15(2) u ghalhekk ikunu ritwalment ammissibbli. Huwa kompitu tal-Qorti li tiddetermina jekk effettivament ikunx jirrizulta punt ta' dritt jew le.

Meta l-Bord jonqos milli jissenjala fid-dettall ir-regoli li fuqhom ikun qed jibbaza d-decizjoni tieghu u jonqos milli jiddelibera dwarhom ikun naqasfl-espletar tal-mansjonijiet tieghu u dan jikkostitwixxi punt ta' dritt li minnu jista' jsir appell.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni