Reference: 519/1995/1

Judgement Details


Date
15/02/2005
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
MERCIECA NAZZARENO SIVE RENO vs ONOR. PRIM MINISTRU NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, SMIEGH XIERAQ - XHIEDA TA` MAGISTRAT LI JKUN IRREDIEGA PROCES VERBAL FIL-KORS TA` L-INKJESTA DWAR L-IN GENERE
Summary
L-Artikolu 39(6) tal-Kostituzzjoni jiddisponi li:

"Kull minn ikun akkuzat b'reat kriminali.ghandu jigi moghti facilitajiet biex jezamina personalment jew permezz tar-rappresentant legali tieghux-xhieda msejha mill-prosekuzzjoni quddiem kull qorti u li jikseb l-attendenza ta' xhieda suggett ghall-hlas ta' l-ispejjez ragonevoli taghhom, u jaghmel l-ezami tax-xhieda li jkunu ser jixhdu ghalihquddiem il-qorti bl-istess kondizzjonijiet bhal dawk li jghoddu ghal xhieda msejha mill-prosekuzzjoni."

Il-paragrafu (d) tas-subartikolu (3) ta' l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni jiddisponi li: "Kull min ikun akkuzat b'reat kriminali ghandu d-drittijiet minimi li gejjin.li jezamina jew jara li jigu ezaminati xhieda kontra tieghu u li jottjeni l-attendenza u l-ezami ta' xhieda favur tieghu tahtl-istess kondizzjonijiet bhax-xhieda kontra tieghu."

L-Artikolu 550(1) tal-Kodici Kriminali jipprovdi li "Il-process verbal maghmul regolarment, jista' jinghata bhala prova fis-smigh tal-kawzaminghajr ma jkun jinhtieg li jinsemghu x-xhieda, il-periti jew persuni ohra li jkunu dehru fl-access." Is-subartikolu (2), pero`, ikompli, "Izda, kull wahda mill-partijiet tista' ggib il-persuni msemmija fil-process verbal, biex jinsemghu jixhdu bil-fomm." Dan is-subartikolu (2) gie dejjem interpretet li jirreferi, mhux ghall-Magistrat Inkwirenti, izda ghax-xhieda, periti u persuni ohra li huwa stess ikun sema' fil-kors ta' l-indagini tieghu. Is-subartikolu (1) ta' din id-disposizzjoni ma jfissirx, pero`, li kull ma jinghad fil-proces-verbal jew fl-atti annessi mieghu ghandu jittiehed, min minn ghandu jiggudika dwar il-fatti, bhala vangelu. Kemm l-akkuzat kif ukoll il-prosekuzzjoini jistghuigibu prova jew provi biex juru li dak li tnizzel f'dak il-process-verbal ma kienx korrett.

Kemm dak li jnizzel l-ufficjal tal-Pulizija bhala li jkun qallu l-indizjat, kif ukoll dak li jnizzelil-Magistrat bhala li jkun qallu l-indizjat bil-gurament, huwa soggett ghall-verifika u kontroll, bid-differenza li filwaqt li l-ufficjal tal-Pulizija huwa producibbli bhala xhud, il-Magistrat ma huxhekk producibbli. Dan il-fatt fih innifsu ma ma jgibx bhala konsegwenza xi nuqqas ta' smigh xieraq bi ksur tad-disposizzjoni tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjoni aktar 'l fuq imsemmija. Mill-banda l-ohra ma tista' qatt tigi eskluza l-possibilita` -- x'aktarx remota -- li f'xi cirkostanza partikolariu necessarjament eccezzjonali, l-uniku xhud li wiehed jista' jipproduci ghall-finijiet ta' tali verifika jew kontroll ikun il-Magistrat Inkwirenti. Jekk id-deposizzjoni tieghu tkun assolutament mehtiega ghal fini ta' tali verifika jew kontroll u biex tkun tista` ssir gustizzja fil-kaz partikolari (tenut kont tal-provi l-ohra kollha kemm tal-prosekuzzjoni kif ukoll dawk talvolta producibbli mill-istess akkuzat), u jekk il-Qorti ta' Gustizzja Kriminali kompetenti tirritjeni (fl-istadju meta tali kwistjoni ghandha tigi ventilata skond il-ligi) li mhux producibbli dak il-Magistrat bhala xhud, il-konsegwenza tista' tkun li dik il-prova li tkun trid taghmel il-prosekuzzjoni tigi dikjarat inammissibbli.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info