Reference: 1935/1999/1

Judgement Details


Date
28/01/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
VELLA DR MARIO ET NOE vs BORG DION ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL, IDENTIFIKAZZJONI TA` PERSUNA - LIBELL, PUBBLIKAZZJONIJIET PRIVILEGGJATI - RAPPORT TA` DISKORS F`AVVENIMENT PUBBLIKU
Summary
Dwar l-identifikazzjoni tal-persuna allegatament malafamata hu ghal kollox immaterjali x'kienet l-intenzjoni ta' l-artikolista jew x'kellu f'rasu meta kiteb l-artikolu jew jekk f'mohhu dik il-persunakinitx jew le indentifikata. Hu ghal kuntrarju materjali t-test ta' l-artikolu u jekk il-qarrej ordinarju anke jekk ben informat meta jaqra l-artikolu jasalx biex jidentifika l-persuna ta' l-attur. Dana b'mod naturali u minghajr processi kumplikati ta' eliminazzjoni jew analizi xort'ohra. Dan ukollb'certu grad ta' certezza.

Biex japplika l-privilegg kwalifikat il-Ligi fl-art 12A tal-Kap 248 tipprovvdi li :

"Fi proceduri mehuda in forza ta' dan l-Att tkun difiza ghall-editur jew ghar responsabbli ghall-pubblikazzjoni li jipprova li l-informazzjoni pubblikata kienet tikkonsisti f'rapport preciz ta' diskors li sar f'avveniment pubbliku importanti minn persuna identifikata u li kienet taf jew ragonevolment setghet tkun taf jew tistenna li l-kontenut ta' dak id-diskors se jigi pubblikat f'gazzetta jew f'mezz tax-xandir, u li l-pubblikazzjoni ta' l-istess diskors kienet ragonevolment gustifikabbli f'socjetà demokratika".

Id-difiza tal "qualified privilege" tapplika fil-kaz ta' "a duty to publish" articles which the public has a "right to know". Ghalhekk, apparti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-ligi, f'kazijiet bhal dawn il-Qorti trid tezamina jekk il-publikazzjoni kinitx fl-interess pubbliku u jekk kienx hemm hazen.

In oltre huwa mehtieg li d-diskors ikun sar f'avveniment pubbliku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info