Referenza: 2674/2002/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/02/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
ATTARD JOE vs BONANNO ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SENSERIJA, DRITT GHAL KUMPENS GHAL SERVIGI REZI META MA JKUNX HEMM L-ELEMENTI TAS-SENSERIJA - SENSERIJA, META L-KUNTRATT ISIR INDIPENDENTEMENT MIS-SENSAL
Fil-Qosor
Hi gurisprudenza pacifika illi f' kaz li sensal ilaqqa' lill-partijiet u jigi diskuss u jsir il-ftehim, u dan ghal xi raguni jew ohra, mhux tort tas-sensal, ma jigix ezegwit u t-trasferiment ma jsirx,mhix dovuta provvizjoni ghal medjazzjoni vera u proprja imma fil-kazijiet kongruwi meta dan ikun gustifikat fil-fattispecje jista' jkun dovut kumpens li jigi ffissat mill-Qorti arbitrio boni viri, uin bazi ghac-cirkostanzi kollha tal-kaz ghall-opra minnu prestata, u gie wkoll ritenut, ghalkemm mhux f' bosta kazijiet, li l-ammont ta' kumpens hekk likwidabbli jista' f' certi kazi partikolari jasalukoll ghall-ekwivalenza tas-somma li kienet tkun dovuta bhala senserija vera u proprja.

Is-sensal ghandu dritt ghall-kumpens tax-xoghol li jaghmel ukoll jekk in-negozju jitkompla u jigi mitmumminn sensal iehor fuq l-istess bazi bejn wiehed u iehor.

Hu aktar gust li jitqiesu c-cirkostanzi kollha tal-kaz, inter alia, fir-regolament tal-kumpens, l-entita` ta' l-operazzjoni ossija "l-importanza tal-kuntratt li ghalih hadem is-sensal". Element iehor hu l-istadju, avanzat jew le, li fih ikunu waslu l-operazzjonijiet attinenti ghan-negozju de quo. Ghandu wkoll jittiehed in konsiderazzjoni l-fatt (fil-kaz li jkun hekk) li n-negozju ma jkunx sfratta bi htija tas-sensal;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni