Reference: 637/2003/1

Judgement Details


Date
09/02/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
MIFSUD KEVIN vs SPARKASSE BANK MALTA P.L.C. ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, HSARAT F` FOND ADJACENTI - PERKOLAZZJONI TA` ILMA - DANNI, RESPONSABILITA` TA` INKWILIN TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - DANNI, RESPONSABILITA` TA` SID TA` FOND GHAL HSARAT F`FOND ADJACENTI - DANNI, SOLIDARJETA` - META R-RESPONSABILITA` PARTIKOLARI TA` KULL WIEHED MINN FOST ID-DANNEGGJANTI MA TKUNX TISTA` TIGI STABILITA
Summary
F'azzjoni ghad-danni huwa principju bazilari li kull wiehed iwiegeb ghall-hsara li tigri bi htija tieghu. (Artikolu 1031, Kodici Civili)

Il-lokatur ghandu jikkonkorri ma' l-inkwilin fir-responsabilita`, di fronte ghat-terz, tad-danni konsegwenzjali meta ma jkunx jista' jigi stabbilit b' certezza min mil-lokatur jew il-kerrej kien hati ta' imgieba kolpuza;

L-Artikolu 1050(1) tal-Kodici Civili jiddisponi li "Jekk il-bicca tal-hsara li kull wiehed ikun ikkaguna ma tkunx tista' tigi stabbilita, min ikun bata l-hsara jista' jitlob il- hlas tal-hsara kollha minghand kull min irid minndawk li jkunu hadu sehem fiha, ukoll jekk ilkoll jew xi whud minnhom ma jkunux imxew dolozament, blahsara tal-jedd tal-konvenut li jdur kontra l-iehor jew l-ohrajn."

Dan id-dispost hu ntiz b'referenza ghall-ipotesi fejn id-dannu medesimu jkun il-konsegwenza ta' diversi atti minn diversi persuni responsabbli, anke jekk indipendentement minn xulxin, imma li flimkien jikkonkorru ghall-produzzjoni tad-dannu. Jidher li l-iskop fondamentali wara dan il-provvediment hu dak li jsahhah il-garanzija tad-danneggjat billi takkordalu l-fakolta li jazzjoni lil kull wiehed mis-suggetti responsabbliminghajr il-htiega li jippersegwixxi lil kull wiehed ghal kwota tieghu tal-htija. In-norma hi applikabbli wkoll fil-kaz li l-ko-awturi tad-dannu jwiegbu skond titoli diversi u, certament, imbaghad,fil-kaz li ma jkunx jista' jigi accertat, bhal f' dan il-kaz, min ikun effettivament ta lok ghad-dannu. Jikkonsegwi illi ghall-fini tar-responsabilita` solidali l-unicita` tal-fatt dannuz hi relattiva unikament ghad-danneggjat u din il-forma ta' responsabilita` ssehh, "meta l-Qorti tkun fl-impossibilita` li tirrikonoxxi f' liema mizura kull wiehed mill-konvenuti ppartecipa fl-effettwazzjoni tal-fatt dannuz".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info