Reference: 4/2002/1

Judgement Details


Date
09/02/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CILIBERTI VINCENT NOE vs ANDREW GALEA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ART AGRIKOLA - META HIJA MEHTIEGA TALBA GHALL-FISSAZZJONI TA` KUMPENS F`RIKORS GHAR-RIPREZA - LOKAZZJONI, ART AGRIKOLA - NUQQAS TA` TALBA GHALL-FISSAZZJONI TA` KUMPENS F`RIKORS GHAR-RIPREZA
Summary
L-Artikolu 4 (1) tal-Kapitolu 199 jiddisponi li

"... meta sid il-kera jkun irid jiehu lura l-pussess ta' xi raba, jekk il-kerrej ma jkunx ftiehem bil-miktub kemm dwar it-tmiem tal-lokazzjoni ukemm dwar il-kumpens dovut, huwa ghandu japplika lill-Bord permezz ta' rikors li jkun fih:
(a) ragunijiet dettaljati l-ghala jrid jiehu lura l-pussess, u
(b) talba ghal-likwidazzjoni ta' kullkumpens li jkollu jithallas skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-artikolu."

Il-gurisprudenzataghna jidher li ddecediet il-punt tan-nuqqas ta' talba formali fir-rikors ghal likwidazzjoni tal-kumpens bil-mod illustrat hawn taht:

(1) F' kaz analogu ghal dak prezenti, ukoll bazat fuq il-kawzali tal-bzonn tas-sid intqal illi "kieku l-Qorti kellha tacetta s-sottomissjonijiet tar-rikorrenti appellanti, hija kienet fl-ewwel lok tmur kontra l-kliem cari u univoci tal-ligi li jirrikjedu fir-rikors sija r-ragunijiet ghar-ripreza tal-pussess kif ukoll talba ghal likwidazzjoni tal-kumpens.Kienet ukoll fit-tieni lok tmur kontra l-intenzjoni tal-legislatur li wera fl-imsemmi subartikolu (1) fuq citat il-preokkupazzjoni tieghu fl-interess tal-kerrej, li ma jkunx hemm terminazzjoni ta' lokazzjoni jekk ma jkunx hemm ukoll ftehim dwar il-kumpens dovut jew, skond il-kaz, kundanna ghall-hlas ta' kull kumpens dovut skond il-ligi. Il-legislatur, fin-nuqqas ta' ftehim bejn sid il-kera u l-kerrej, sija dwar it-tmiem ta' lokazzjoni kif ukoll dwar il-kumpens dovut, ma riedx ihalli d-decizjoni dwar jekk hux dovut kumpens u kemm hu dak il-kumpens ghal xi stadju sussegwenti ghal dak tar-ripreza tal-pussess imma ried li sija l-kwestjoni tar-ripreza tal-pussess u sija dik tal-hlas tal-kumpensjigu decizi fl-istess kawza. Lanqas ried ihalli d-decizjoni jekk hu dovut kumpens jew le f' idejnsid il-kera biss ghaliex fin-nuqqas ta' ftehim bejn iz-zewg partijiet, cioe sid il-kera u l-kerrej,il-kwistjoni tal-kumpens kellha tigi deciza mill-Bord fl-istess kawza fejn tigi deciza l-kwistjoni tar-ripreza tal-pussess."

(2) Jidher mis-subincizi (4) u (5) ta' l-Artikolu 4 ta' l-Att dwar it-Tigdid tal-Kiri ta' Raba illi l-ligi tikkollega l-ghoti tal-kumpens u x-xorta tieghu mal-paragrafi(a) tas-subartikolu 2 ta' l-Artikolu 4 jigifieri fejn il-premessa preordinata ghat-talba tar-ripreza tkun dik tal-bzonn tas-sid personalment jew ta' xi membru tal-familja tieghu, skond kif din l-espressjoni hi definita mill-istess Att. Il-kumpens hu allacjat ukoll mat-talba bazata fuq il-paragrafu(b) tas-subartikolu 2 ta' l-istess Artikolu 4, u cjoe, fejn is-sid ikun jehtieg ir-raba, li ma jkunx saqwi, ghal kostruzzjoni fuqu ta' bini ghal skopijiet ta' residenza, negozju jew industrijali;

(3) Ergo, gie arguwit, fuq l-interpretazzjoni rikavata minn dawn is-subincizi (4) u (5) illi "t-talba ghal likwidazzjoni tal-kumpens fir-rikorsi ghar-ripreza tal-pussess ta' xi raba fit-termini ta' l-Artikolu 4 tal-Kapitolu 199 tkun inutili meta, skond l-istess artikolu r-ripreza tintalab ghal xi wahda mir-ragunijiet imsemmija fis-subartikoli 2 (c) (d) (e) u (f) ta' l-istess Artikolu 4, ghaliex il-kumpens huwa dovut biss meta r-ripreza tintalab ghar-ragunijiet fis-subartikolu 2 (a) u (b) biss";

Huwa lecitu li jinghad mill-precitata dikotomija ta' hsieb tal-Qorti fuq it-tematika hawndibattita illi meta t-talba tkun premessa fuq il-bazi tal-paragrafu (b) tas-subinciz (2) ta' l-Artikolu 4 allura f' dan il-kaz ghandu jkun hemm l-osservazzjoni pjena tal-precett tal-ligi preskritt fis-subinciz (1) ta' l-istess Artikolu 4 ossia li r-rikors jikkontjeni talba ghall-fissazzjoni ta' kumpens gust.

In-nuqqas ta' tali talba jista' jigi sanat. In-nullita` hija mezz estrem li l-legislatur jirrikorri ghalih f'kaz ta' necessita`. Fejn possibbli, l-atti jigu salvati, anzikke annullati. Dan fejn jokkorrilha illi l-atti gudizzjari jistghu jigu korretti u l-korrezzjoni ma ggib ebdapregudizzju lill-kontroparti. Kif ghamlet drabi ohra din il-Qorti ser issegwi dan l-istess perkorsanke ghaliex, kif saput, dan jikkorrispondi ghall-ispirtu informatur progessiv introdott fil-Kodicita' Procedura taghna bl-emendi apportati ghal dak il-Kodici bl-Att XXIV ta' l-1995 u certi atti ohrata' introduzzjoni aktar ricenti;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info