Reference: 1019/1997/1

Judgement Details


Date
03/02/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
CREMONA BARBARO MARKIZA BEATRICE vs POLIDANO JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ACTIO FINIUM REGUNDORUM, ELEMENTI TA`
Summary
L-azzjoni ghall-iffissar tal-konfini hija msejsa fuq il-jedd li kull sid ta' proprjeta' ghandu fil-ligi li jgieghel lil gar tieghu jaghmel sinjali li jidhru u li jibqghu biex hwejjighom jingharfu minnta' xulxin. Din l-azzjoni tista' titressaq biss fejn zewg proprjetajiet ta' sidien differenti jkunu jmissu ma' xulxin u fejn hemm dubju dwar fejn tibda l-wahda u tintemm l-ohra. L-ghan tal-actio finium regundorum huwa dak tad-"determinazzjoni oggettiva tal-fond u l-accertament ta' l-estensjoni tad-dritt ... u ghalhekk ittendi li telimina l-incertezzi tad-demarkazzjoni bejn zewg fondi u taghmelis-sitwazzjoni ta' fatt kompatibbli ghal dak tad-dritt". Tali incertezzi gew imfissra li jistghu jkunu kemm oggettivi (fejn ma jkunux jezistu sinjali apparenti li jidhru) jew kif ukoll suggettivi (fejn min jiftah il-kawza jkun irid iwarrab il-bizgha ta' kwestjonijiet mas-sid gar tieghu jew iwarrabil-possibilita' li tittehidlu bicca minn hwejgu);

Huwa siewi wkoll li wiehed izomm quddiem ghajnejh li f'azzjoni bhal din id-dritt ta' proprjeta' tal-kontendenti rispettivi ma jkunx in kontestazzjoni l-azzjoni hija biss intiza sabiex jigi determinat il-konfini bejn zewg proprjetajiet.

Din l-azzjoni ghandha n-natura ta' rivenika parzjali u tipprezenta xi partikolaritajiet: kull wahda mill-partijiet hija fl-istess hin attur u konvenut, kull mezz ta' prova huwa ammess, fin-nuqqas ta' elementi ohra l-imhallef jistrih fuq il-mapep katastali.

Il-ligi taghti jedd lil sid ta' gid li jitlob lil gar jaghmel marki jew sinjali li jidhru biex juru l-limiti tal-gid rispettiv taghhom, u li dawn il-marki jew sinjali jsiru bi spejjez komuni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info