Referenza: 1585/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
L & D ATTARD CO. LTD. vs EUROMETAL CO. LTD.
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BEJGH, KWALITA` PATTUWITA RIMEDJU DISPONIBBLI - BEJGH, KWALITA` PATTUWITA TISTA` TITQAJJEM PER VIA DI ECCEZZIONE - BEJGH, MHUX TAL-KWALITA` PATTUWITA - META X-XERREJ IZOMM L-OGGETT MIBJUGH
Fil-Qosor
Riferibilment ghat-trasferiment ta' proprjeta` u r-riskju ta' l-oggett mixtri, jinsab enuncjat illi"meta x-xerrej jirrifjuta l-oggett li jkun baghtlu l-venditur ghax l-oggett hu hazin u mhux adatt ghall-fini tax-xiri, kif hu dejjem prezunt li ghandu jkun l-oggett mibjugh u javza lill-venditur b'danir-rifjut, l-istat ta' fatt ikun daqs li kieku naqas ghal kollox l-oggett tal-bejgh, u kwindi ma hemmx trapass tal-proprjeta` jew tal-periculum rei perditae.

Biex ix-xerrej jehles mir-rabta kontrattwali li kien dahal fiha li jakkwista l-oggett minghand il-venditur, fejn dak l-oggett ma jkunxkonformi mal-kampjun jew skond il-kwalita` mwieghda, hu kellu jirrifjutah jew materjalment jew billi jiddepozitah taht l-Awtorita` tal-Qorti.

Din kienet difiza li l-kompratur seta' javanza ukoll per via di eccezione jekk il-venditur jinterpellah biex ihallas il-prezz ta' l-oggett in vendita`. Mill-banda l-ohra, jekk il-kompratur jaghzel li jzomm l-oggett lilu konsenjat u bl-ebda mod ma jirreagixxi skond kif trid il-ligi ghall-fatt li dak l-oggett ma jkunx skond il-kampjun jew tal-kwalita` pattwita, il-kompratur ikun qieghed jippregudika irremedjabilment il-posizzjoni tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni