Referenza: 136/1986/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
28/01/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ATTARD FRANK vs FARRUGIA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
TRIQ PRIVATA, KONSEGWENZI TA` FTUH GHALL-UZU PUBBLIKU
Fil-Qosor
Meta fil-kuntratt ta' trasferiment ta' fond jissemma' biss li gie trasferit il-fond, u ma jissemmiexespressament illi giet anke trasferita l-parti tat-triq koerenti maghha, ma jistax jinghad illi dikil-parti tat-triq giet trasferita mal-fond, u ghalhekk dik il-parti tibqa' proprjeta` ta' min kienjipossjediha qabel dak it-trasferiment.

Il-proprjetarju ta' triq privata li tkun infethet ghall-pubbliku ma jistax jaghlaqha, jew ifixkel il-passagg tal-pubbliku minnha. Ghax la darba dak il-proprjetarju jkun ippermetta jew ittollera l-passagg tal-pubbliku, ghalkemm huwa jikkonserva d-drittijiet tieghu ta' proprjetarju fuq it-triq, "si et quatenus", dik it-triq issir pubblika kwantu ghall-uzu taghha, u tinholoq servitu` ta' transitu.

Ulpianu jiddistingwi bejn tlett tipi ta' toroq,dawk pubblici, privati u dawk vicinali. It-toroq vicinali ikunu pubblici jew privati skond jekk ikunux appartenenti lill-privati jew inkella jkunux amministrati mill-Gvern u mantnuti minn fondi pubblici ghall-uzu ta' kullhadd.

Ghalhekk il-fatt li persuna tiftah triq fuq proprjeta` taghha ghall-pubbliku ma jbiddilx il-jeddijiet ta' proprjeta` li hija ghandha fuq din l-art izda jinholoq invece favur il-komunita` servitu` ghal uzu tat-triq.

Il-proprjetarju ta' bini li jaghti fuq triqprivata ta' xi haddiehor, avvolja din tkun miftuha ghall-pubbliku, ma jistax jiftah bibien jew aperturi ohra fil-hajt li jifred il-bini tieghu minn dik it-triq u li jkunu jaghtu fuqha; ghaliex b'hekk johloq servitu` fuq dik it-triq. U ghalhekk huwa obbligat jerga' jaghlaq dawk l-aperturi li huwajkun fetah kontra l-volonta` ta' sid dik it-triq.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni