Reference: 1170/2003/1

Judgement Details


Date
26/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
IDEACASA COMPANY LIMITED vs FORMOSA JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KAMBJALA, AVALL
Summary
Jinsab stipulat fl-Artikolu 169 tal-Kodici tal-Kummerc illi, " ... il-hlas ta' kambjala jista' jigigarantit b' avall, li hu l-obbligazzjoni ta' terza persuna." Jissoka jigi precizat fl-Artikolu 171ta' l-istess Kodici illi "dak li jaghti l-avall hu obbligat in solidum u bl-istess mod li huma obbligati t-traent u l-giranti, jekk il-partijiet ma jkunux ftehmu xort' ohra";

Jibda biex jigi osservat illil l-possessur ta' titolu ta' kreditu, bhal dak kostitwit b' kambjala, basta li din tkun konformi ghall-forma preskritta mil-ligi, ghandu favur tieghu l-presunzjoni legali relattiva ghat-titolarita` tad-dritt stabbilita bid-dokument. In kwantu tali dan jikkonferilu l-jedd li jinsisti ghall-adempiment tal-prestazzjoni u l-ezigibilita` tal-hlas indikati fl-istess dokument. Jispetta lill-konvenut l-oneru li jipprova l-bazi ta' eventwali eccezzjoni li tikkolpixxi d-dokument innifsu.

In-natura guridika ta' l-'avallo' hija l-obbligazzjoni kambjarja, diversa mill-fidejussjoni, peress illi l-fidejussjoni hija ta' natura accessorja u ma tistax tkun hlief ghall-obbligazzoni wahda, mentri l-avallant jassumi huwa stess l-obbligazjoni diretta ghal pagament tal-kambjali, anke jekk l-obbligazzjoni kambjarja garantita minnu ma tkunx valida, jew tispicca.

Gjaladabra ghalhekk hil-ligi stess li tipprovdi li l-avallant hu meqjus debitur in solidum, ifisser li l-azzjoni tas-socjeta` attrici giet sewwa diretta kontra l-accettant tal-kambjalijiet u kontra l-avallant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info