Reference: 2086/1997/1

Judgement Details


Date
25/01/2005
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MUGLIETT CHARLES vs BONNICI SAVIOUR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT TA` INIBIZZJONI, ELEMENTI MEHTIEGA GHALL-AKKOLJIMENT TA` - MANDAT TA` INIBIZZJONI, SKOP TA`
Summary
L-ghan ta' talba ghall-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni huwa dak li, fost l-ohrajn, izzomm persuna milli li taghmel xi haga li tkun li tista' tkun ta' hsara lill-parti li titlob il-hrug tal-mandat. Il-ligi tahseb ukoll biex thares minn hsara jew pregudizzju bhal dan li jista' jitwettaq meta parti tehles minn bini jew immobbli, billi zzomm milli jsir bejgh, trasferiment, jew tnehhija ta' gid bhaldan;

Bil-ligi, jehtieg li r-rikorrent juri zewg hwejjeg biex ikun jisthoqqlu jikseb il-hrugta' Mandat bhal dak. L-ewwel haga li jrid juri hi l-mandat huwa mehtieg biex jitharsu l-jeddijiet pretizi mir-rikorrent. It-tieni haga hi li r-rikorrent jidher li ghandu, mad-daqqa t'ghajn (prima facie) dawk il-jeddijiet. Minn kliem il-ligi nfisha, iz-zewg elementi huma kumulativi u mhux alternativi. Jekk xi wiehed minn dawn iz-zewg elementi ma jirrizultax, il-Qorti ghandha tichad it-talba ghall-hrug ta' mandat bhal dak. Siewi wkoll li wiehed izomm quddiem ghajnejh li l-procedura li hija mahsuba biex titqies talba bhal din hija wahda sommarja, billi m'huwiex mistenni li jitressaq quddiem il-Qorti fi stadju bhal dak kulma jmissu jitressaq quddiemha waqt is-smigh tal-kawza dwar l-istess jedd;

Minn dan johrog li l-Mandat ta' Inibizzjoni huwa mezz procedurali eccezzjonali u mhux normali ta' provediment legali. Il-harsien li l-ligi timmira ghalih fit-talba tal-parti rikorrenti huwa dak li, minghajr il-hrug tal-Mandat, il-jedd li jista' jkollu jitnehha darba ghal dejjem u b'modirrimedjabbli. Dan ma jfissirx li l-fatt li talba ghall-hrug ta' Mandat ta' Inibizzjoni tintlaqa', ikun ifisser li l-jedd huwa ippruvat. Bhalma lanqas ifisser li l-fatt li talba ghall-hrug ta' Mandat bhal dak ma tintlaqax ikun ifisser li l-jedd pretiz ma jezistix. It-tiftix li trid taghmel il-Qorti huwa dak jekk, bl-ghamil li minnu qieghed jibza' r-rikorrent, jistax jintilef darba ghal dejjemjedd li l-istess rikorrent jidher li ghandu fil-waqt li hareg it-talba ghall-hrug tal-Mandat;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info