Reference: 2761/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BUSUTTIL IGNATIUS vs WATER SERVICES CORPORATION
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DANNI, DEKORRENZA TAL-PRESKRIZZJONI F`KAZ TA` DANNI STRUTTURALI - DANNI, MINN META TIBDA TIDDEKORRI L-PRESKRIZZJONI - PRESKRIZZJONI, CONTRA NON VALENTEM AGERE NON CURRIT PRESCRIPTIO - PRESKRIZZJONI, MINN META JIBDA JIDDEKORRI Z-ZMIEN - PROVA, ONERU TAL-PROVA TA` FATT HUWA MIXHUT FUQ MIN JALLEGAH U MHUX MIN JICHDU
Summary
Tribunal b' funzjonijiet gudizzjarji ma jistax, b' ebda logika u sens ta' gustizzja, jikkampa l-gudizzju tieghu fuq asserzjonijiet gratuwiti, kongetturi bla bazi, jew is-semplici fehmiet meta dawn majsibu l-ebda riskontru fil-konkret tal-provi. Anzi l-esigenza logika, hekk posta mill-Korporazzjoniappellanti bhala l-fondament ta' l-istess "fehmiet" taghha, titlob, b' distribuzzjoni ta' certi principji, illi mentri jinkombi fuq l-attur il-piz tal-prova in sostenn tad-dritt azzjonat minnu (actorincumbit probatio) hekk ukoll jinkombi fuq il-konvenut li jsostni l-eccezzjoni sollevata biex tikkuntrasta il-pretiza ta' l-avversarju (reus in excipiendo fit actor);

Ifisser allura illi jekkparti f' kawza ma jkunx inqeda sew bl-ghodod procedurali ghad-disposizzjoni tieghu, senjatament u adegwatament il-mezz tal-kontro-ezami, ma ghandux imbaghad jigi pretiz illi r-ragonament jew il-gudizzju jissodisfa ruhu mhux fuq il-principju ta' l-akkwizizzjoni tal-provi mir-rizultanzi processwali izda fuq ir-regola ta' meri supposizzjonijiet zvinkolata mill-provi in atti. Dan ma jista' qatt ikunaccettabbli. Kif lanqas, b' konsegwenza, ma jista' qatt ikun accettat illi in bazi ghal dawn l-istess supposizzjonijiet jew kongetturi wiehed jista' jippretendi illi jista', b' success, jissolleva b'eccezzjoni l-perenzjoni jew il-preskrizzjoni ta' l-azzjoni. Dan ghaliex biex tali eccezzjoni tkunkapaci ta' akkoljiment jihtieg li jkollha rabta konkreta u serja mal-provi akkwiziti;

Huwa principju maghruf f' materja ta' preskrizzjoni illi t-terminu tal-preskrizzjoni tad-dritt ghar-rizarciment tal-hsara minhabba fatt illecitu jiddekorri mill-mument li fih il-hsara timmanifesta ruhha esternament u ssir oggettivament percepibbli u maghruf;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info