Reference: 199/1998/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI GIRALDU ET vs TONNA CARMELO SIVE CHARLES ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, BDIL TA` DESTINAZZJONI - NON USO - LOKAZZJONI, GARAGE - LOKAZZJONI, GARAGE JIKKOMPRENDI MAHZEN GHALL-UZU KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, NON USO - HLAS TA` LICENZJI - LOKAZZJONI, NON USO FIL-KAZ TA` MAHZEN - LOKAZZJONI, NON USO - NUQQAS TA` LICENZJI
Summary
Koncettwalment n-"non-uzu" u l-"uzu divers" huma kontraddistinti minn xulxin. Dan ghaliex mentri fil-kaz ta' "non-uzu" ghandek sitwazzjoni fejn il-fond mikri jinzamm bla ebda gustifikazzjoni maghluqu inutilizzat ghall-perijodu apprezzabbli ta' zmien jew isir biss minnu uzu sporadiku; fil-kaz ta' "uzu divers" il-kerrej ikun znatura d-destinazzjoni li kien isir qabel mill-fond u b' hekk jigi li abbuza mill-godiment tieghu.

B' danakollu hu rikonoxxut ukoll f' bosta decizjonijiet illi n-"non-uzu" hu parifikat ukoll ghall-"uzu divers" u b' hekk iz-zewg kuncetti huma skambjabbli.

Hekk jinsab enuncjat illi "jekk jirrizulta li l-fond mikri bhala store naqas ghal zmien indefinit li jigi wzat bhala tali dan il-fatt jekk ma jkunx hemm xi gusitifikazzjoni fic-cirkostanzi specjali tal-kaz, jammonta ghal tibdil fid-destinazzjoni tal-fond; ghax biex fond ikollu u jibqa' jgawdi l-protezzjoni specjali li l-ligi taghti lill-'hanut' jehtieg li jkun u jibqa' uzat bhala tali".

Precizat dan il-principju legali, huwa wkoll pacifikament ricevut illi l-kelma "garage" ma ghandhiex fihannifisha necessarjament kontenut legali u ta' spiss tigi wzata ghal fond li jkun mikri ghal skopijiet diversi. B' mod illi jekk fond jinkera bhala hanut xejn ma jiswa illi fl-ircevuti jigi ndikat bhala garage. In effetti r-ricevuta mhix hlief kwittanza tal-kera u d-destinazzjoni tal-fond fiha mhixkonklussiva biex tistabbilixxi b' mod definittiv x' kien l-intendiment tal-kirja;

Il-prova tan-non uzu trid tkun mhux biss attendibbli izda trid ukoll tkun tali li tikkonvinci lil min irid jiggudika illi manifestament hi wahda perswasiva u minghajr ombra ta' dubju. Dan anke ghaliex, kif drabi ohra ripetutament imtenni, f' kaz ta' dubju fl-interpretazzjoni tal-fatti dak id-dubju ghandu jmur favur il-kerrej. Dan in bazi ghall-konsiderazzjoni wkoll illi l-iskop tal-ligi mhux dak li tivvantaggja lis-sid b' mod li jkun jista' japprofitta ruhu minn kwalunkwe cirkostanza biex jippriva lill-kerrej mit-tgawdija tal-haga lilu mikrija.

Indubitament, mahzen, ghalkemm ghandu jittiehed fil-kuntest tad-definizzjoni tal-kelma "hanut", u allura fond koness ma' negozju, b' danakollu mhux mistenni li dan jinfetah bilfors ta' kuljum izda bhal f' dan il-kaz meta l-kerrej ikollu bzonn jiritira minnu xi spare parts ghall-htigijiet tal-vetturi tieghu wzati ghal skop ta' servizz ta' towing.

Kwantu ghal fatt tal-licenzja n-nuqqas taghha ma jfisserx illi l-fond mhux qed jigi wzat. Il-licenzja minnha nfisha u wehidha ma taghmelx l-attivita` kummercjali, ghax kif jinsab deciz "il-licenzja fuq il-garage u n-necessita` tal-garage ghall-pussess ta' dik il-lincenzja partikolari ma jikkostitwux minnhom infushom 'uzu'."

Bl-invers, jekk wiehed ikollu licenzja ghall-uzu ta' fond bhala hanut, u anke jgeddidha, mhux fih innifsu sufficcjenti biex jeghleb ir-realta` u l-verita` tal-fatti jekk hu fil-fatt ma jkunx qed jaghmel uzu minnu.

Dan anke jekk tali licenzja tista' f' certi cirkostanzi tikkostitwixxi element ta' prova korroboratrici fir-rigward ta' l-uzu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info