Reference: 2489/1997/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BONNICI GEORGE ET NOE vs PHOENICA HOTEL COMPANY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ASSIKURAZZJONI, SURROGA - META SSEHH IPSO IURE - DANNI, ESKLUZJONI PERMEZZ AVVIZI U TABELLI F`POSTIJIET PUBBLICI - KAZ FORTUWITU, ELEMENTI TA`
Summary
Huwa veru li kif jinghad mid-dottrina legali s-surrogazzjoni hi materja "di diritto stretto" u allura ma jistax ikollha lok u ma tistax tigi applikata hlief fil-kazijiet espressi testwalment mil-ligijew mill-konvenzjoni.

Fil-kaz ta' assigurazzjoni li thallas lill-assigurat taghha ai terminita' polza ta' assigurazzjoni il-materja tas-surrogazzjoni tiffigura fl-ipotesi kontemplata taht is-subparagrafu (c) ta' l-Artikolu 1166 li tippreskrivi l-akkoljiment tas-surroga ipso jure favur "dak li kien obbligat ma' ohrajn jew ghall-ohrajn ghall-hlas tad-dejn u kellu interess ihallsu".

Jekk jirrizulta li l-avveniment tal-forza tan-natura ma kienx wiehed insolitu jew sproporzjonat id-difiza tal-kaz fortuwitu ma tkunx tista' tintlaqa'. Meta jkun hemm vjolazzjoni ta' dmir u ommissjoni volontarja ta' diligenza li taghha ma jigux previsti l-konsegwenzi, u jigi vjolat id-dritt ta' haddiehor, minghajr volontarjeta' anki minghajr dan ikun previst, ma jikkonfigurax ruhu l-kaz fortuwitu, izda l-kolpa u l-kwazi delitt.

Avviz f'lukanda dwar l-eskluzjoni tar-responsabilita` tal-lukandier mhux hlief manifestazzjoni unilaterali u arbitrarja tal-lukandier li ma jgibx ghalhekk biss illil-kontroparti tkun qeghda tabdika d-drittijiet taghha.

Anke kieku talvolta kellu jigi argomentat illi dak l-avviz jitqies sembjanza ta' kuntratt, l-istess ma kienx ikollu valur li jezonera lill-lukandier la mid-dolo, la mill-kolpa gravi, ekwiparata ghad-dolo, u lanqas mill-kolpa ljievi, li tigi riskontrata meta jkun hemm ommissjoni ta' dak il-grad normali ta' diligenza li l-ligi tirrikjedifl-ezekuzzjoni ta' kull obbligazzjoni in genere. Fi kliem iehor il-klawsola ta' rresponsabilita` ma tezonerax mir-responsabilita` meta jkun hemm vjolazzjoni ta' kuntratt jew ta' dover.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info