Referenza: 2312/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/2005
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
GASAN INSURANCE AGENCY LTD NOE vs PARNIS ENGLAND TRUCKING LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, AGGRAVJU IBBAZAT FUQ PUNT MHUX TRATTAT IN PRIM` ISTANZA - POLZA TA` KARIKU, FRAZI SAID TO CONTAIN - POLZA TA` KARIKU, VALUR PROBATORJU TA`
Fil-Qosor
Mhux lecitu li s-socjeta` konvenuta tqajjem materji mhux trattata in Prim' Istanza quddiem il-Qortita' revizjoni kemm ghax dan ikun qed jissorprendi l-kontroparti u jipprivaha mid-dritt ghal doppioesami kif ukoll ghaliex il-Qorti ma ghandhiex bhala regola tippermetti li dan isir meta l-fatti li fuqhom dawn il-kontestazzjonijiet ikunu bazati jkunu ovvjament diga` sewwa maghrufa lill-appellant nomine qabel u waqt it-trattazzjoni tal-kawza quddiem l-ewwel Qorti.

Kif artikolat fid-dispost325 tal-Kodici tal-Kummerc (Kapitolu 13), "il-polza tal-karigu taghmel prova bejn il-partijiet kollha nteressati fit-taghbija, kif ukoll bejniethom u l-assiguraturi, bla hsara ta' prova kuntrarja."

Kemm il-darba ma jkunx jirrizulta mod iehor merkanzija titqies li tkun tghabbiet fuq vapur f'kundizzjoni tajba.

Ghalkemm fil-polza tkun tezisti fid-deskrizzjoni tal-merce l-espressjoni "said to contain", tali klawsola ghandha biss l-effett li topera ghaf-favur tal-vapur illi l-kwantita`tal-merkanzija skarikata u konsenjata ghandha presumibilment titqies bhala l-istess bhal dik mghobbija fuq il-vapur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni