Reference: 659/2002/1

Judgement Details


Date
12/01/2005
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAMILLERI CHARMAINE vs ABDILLA EUGENIO SIVE GINO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, ANKI FI PROCEDURI SOMMARJI SENTENZA GHANDHA TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, HTIEGA LI TKUN BEN MOTIVATA - SENTENZA, MOTIVAZZJONI TA`
Summary
Skond l-Artikolu 218 tal-Kodici ta' Procedura, "fis-sentenza ghandhom qabel xejn jinghataw ir-ragunijiet li fuqhom il-qorti tkun ibbazat id-decizjoni taghha, u ghandu jkun hemm fiha wkoll riferenza ghall-procediment, ghat-talbiet ta' l-attur u ghall-eccezzjonijiet tal-konvenut". Isegwi mbaghad bl-Artikolu 219 ta' l-istess Kodici illi "kull dikjarazzjoni li l-qorti trid li tkun deciziva jew obbligatorja, ghandha tigi mdahhla fid-dispozitiv";

Sabiex tigi stabilita l-vera portata ta' sentenza hija mehtiega indagini dwar liema kienet il-kwistjoni li l-Imhallef kien imsejjah jippronunzja ruhu dwarha u d-diskussjoni li tkun ipprecediet il-gudizzju tieghu u ezami tad-dispozittiv fil-kumpless tieghu kollu, mqabbel u mpoggi in armonija mal-motivazzjoni, li hija wkoll parti mis-sentenza, minkejja li l-gudikat ma jemergix minnha u meta l-parti disposittiva ta' sentenza tkun koncepita f'termini generici, is-sinjifikat taghha jista' jigi ristrett ghall-konsiderazzjonijiet li jkunu immotivawha.

Il-volonta` tal-gudikant tista' tittiehed anke mill-konsiderandi tas-sentenza; id-disposittiv ma ghandux jittiehed separatament mill-motivat, imma ghandu jigi minn dan definit u spjegat.

Kif ritenut drabi ohra jezistu sitwazzjonijiet fejn certi konstatazzjonijiet li tkun ghamlet il-Qorti huma fis-sustanza veri dispozitivi anke jekk dawn ma jkunux effettivament qeghdin fil-parti dispozitiva izda f' parti ohra tas-sentenza;

Salv allura li l-konkluzjoni finali ma tkunx kontradittorja mal-konstatazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet li jkun hemm fil-parti razzjonali u purke dawn l-istess dikjarazzjonijiet ikunu almenu intelligibbli, anke jekk mhux necessarjament dettaljati,l-istess parti konkluziva tas-sentenza ma ghandhiex ghalfejn tirrepeti dak li jkun gja jinsab espostfil-parti razzjonali taghha. L-importanti huwa li jkun hemm decizjoni u mhux l-ubikazzjoni taghhaf' parti jew ohra tas-sentenza.

Il-Qorti hi certament obbligata bil-provvediment tal-ligi (Artikolu 218, Kapitolu 12) li fis-sentenza taghti opinjoni motivata fejn ikun hemm talbiet specifici jew eccezzjonijiet ghalihom. Dan jghodd ukoll fil-kaz tal-kontro-talbiet u l-eccezzjonijiet ghalihom.

Illum, kif saput, taht l-inkalzar tal-gurisprudenza evoluta mill-organi gudizzjarji Ewropejin materja jinsorgi l-principju li tali motivazzjoni mhux biss trid tirrizulta fis-sentenza izda wkoll li din trid tkun adegwata. "Motivazzjoni li kellha tkun tali li fil-minimu kienet tissodisfa fuq kollox il-partijiet in kawza fuq il-korrettezza fattwali u guridika tar-ragunijiet li wasslu ghad-decizjoni. Hu fid-dawl ta' dan il-principju appena accennat li gie ritenut li l-motivazzjoni, waqtli f' kull kaz kellha tkun adegwata, pertinenti u relatata mal-kwestjonijiet ta' fatt u dritt sottomessi lill-Qorti mill-partijiet in kawza, kienet certament id-decizjoni tal-Qorti ta' l-Ewwel grad likellha tkun l-aktar ezawrjenti proprju ghaliex hi l-motivazzjoni taghha li kellha tipprovdi l-bazita' l-aggravju ta' l-eventwali appell moghti lil tribunal ta' revizjoni";

Naturalment dan majfisserx illi l-Qorti kellha taghti bilfors, anke fuq il-fatti, motivazzjoni elaborata imma li almenu l-kontendenti jkunu jafu r-raguni ghaliex it-talba jew kontro-talba tkun qed tigi milqugha jew michuda. Kif gja fuq manifest hi l-fehma ta' din il-Qorti illi dan l-element ta' motivazzjoni bazika li l-appellanti f' dan il-kaz kellhom dritt ghaliha tinsab nieqsa ghal kollox fid-decizjoni appellata. Dan s' intendi riferibilment u unikament ghall-kontro-talba taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info