Referenza: 213/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/01/2005
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs FAENZA GEORGE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LIGI RETROATTIVA - LIGI, RETROATTIVITA` TA`
Fil-Qosor
Ferm qabel ma kellna l-Kostituzzjoni ta' l-1964, u ghalhekk ukoll ferm qabel ma Malta rratifikat il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Qrati ta' Gustizzja Kriminali taghna kienu japplikaw mhux biss ir-regola kontenuta fl-Artikolu 27 tal-Kodici Kriminali dwar it-tibdil fil-piena ghalreat partikolari, izda wkoll il-principju nullum crimen, nulla peona sine lege li minnu titnissel il-regola konkomitanti tan-non-reatroattivita` tad-dritt penali sostantiv. Dan il-principju llum jinsab kristallizzat fis-subartikolu (8) tal-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta' Malta kif ukoll fl-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Ewropea.

Il-principju tan-non-reatroattivita` japplika biss ghad-dritt penali sostantiv u mhux ukoll ghal dak procedurali. Il-Qrati taghna kellhom diga l-okkazzjoni li jepuraw dan il-punt, u l-linja li giet dejjem segwita hi li, bhala regola, id-dritt procedurali huwa ta'applikazzjoni immedjata, cioe` applikabbli anke ghall-proceduri li jkunu diga gew istitwiti qabel il-bidu fis-sehh tal-"procedura" gdida.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni