Reference: 173/2003

Judgement Details


Date
30/12/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs FRENDO NOEL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROVA, IMPRONTA DIGITALI
Summary
Ma hemm xejn fil-ligi li jeskludi li l-pulizija jitolbu l-impronti digitali u palmari ta' persuni lijkunu qed jigu minnhom investigati. Is-subartikolu (2) tal-Artikolu 554 tal-Kodici Kriminali (introdott bl-Att XXIX tal-1990) kien intiz mhux biex jawtorizza lill-pulizija li jiksbu l-impronti ta' persuni suspettati meta dawn ta' l-ahhar jaghzlu li jaghtu dawn l-impronti, izda biex fil-kaz fejn persuna suspettata tirrifjuta li taghti dawn l-impronti il-Magistrat ikun jista' jordna li dawn jittiehdu anke kontra l-volonta` tas-suspettat.

L-impronti digitali (u dawk palmari) huma forma ta'prova indizzjarja - "circumstantial evidence" - li kif qal Lord Salmon fil-kaz DPP v. Kilbourne [1973] AC 729, p. 758 ".works by cumulatively, in geometrical progression, eliminating other possibilities." Il-kwistjoni kollha hi mhux jekk l-impronta instabitx f'post pubbliku jew f'post privat jew anqas pubbliku - il-kwistjoni kollha hi jekk, fid-dawl tac-cirkostanzi kollha, il-post fejn instabet l-impronta tikkonvincix lill-gudikant lil hinn minn kull dubbju dettat mir-raguni li dik l-impronta saret mill-persuna li lilha tappartjeni fil-kors tal-kommissjoni minn dik l-istess persuna tar-reat libih tkun akkuzata jew fil-kors ta' xi atti li jammontaw ghall-anqas ghal tentattiv ta' dak ir-reat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info