Summary
"The Principle of Exhaustion of Rights" itenni li darba prodott jitpogga fis-suq, il-proprjetarju jkun ezawrixxa d-drittijiet tieghu fuq dak il-prodott; x'jigri mill-prodott wara li dan jitqieghed fis-suq ma jinteressax lill-proprjetarju. Dak li "jintroduci f'suq, ghall-bejgh fl-istess suq, merkanzija tal-istess ditta li taghha, f'dak is-suq, hadd iehor ikun l-agent jew rapprezentat", ma jikkometti ebda konkorenza illecita skond il-ligi kummercjali. Parallel trading, malgrado li jista' johloq tassew tahwid fil-mohh tal-konsumatur riferibbilment ghal min ikun jippretendi u jivvanta sole agency, pero', madankollu jidher li hija prattika tollerata fil-limiti tal-legalita.
Ghalkemm proprjetarju ta' marka ghandu dritt ghal-"exclusive use" tal-istess marka, dan ma jfissirx li l-proprjetarju jista' jinibixxi lil xi hadd iehor milli jbiegh jew jinnegozja fi prodotti originali u genwini tad-ditta. Il-kliem "exclusive use" jirreferu ghal-uzu bhala indikazzjoni tal-origini tal-prodotti,izda darba jirrizulta li l-prodott huwa genwin, il-proprjetarju ta' dik il-marka ma jistax izomm lilxi terz milli jinnegozja dawk il-prodotti b'dik il-marka. Darba li negozjant ma jkunx qed jaghmeluzu minn marka ta' hadd iehor fuq prodotti tieghu, izda jkun qed ibiegh prodotti genwini, dak l-"uzu" li jkun qed jaghmel tat-trademark, ikun uzu legittimu.
Din, mela, kienet is-sitwazzjoni hawn Malta sa ftit ta' snin ilu. Illum, il-pozizzjoni trid tigi riveduta fid-dawl ta' dak li jipprovdu l-ligijiet tal-Unioni Ewropea, u, l-ligi l-gdida Maltija tat-Trademarks, illum inkorporata f'Kap.416 tal-ligijiet ta' Malta. Fil-fatt, skond il-gurisprudenza, tal-Qorti Ewropea tal-Gustizzja, ghandha tapplika l-"exhaustion principle", f'kaz biss ta' introduzzjoni tal-prodott f'xi pajjiz membrutal-Unjoni Ewropea; f'kaz li l-prodott ikun introdott f'suq barra mill-Unjoni Ewropea, il-proprjetarju tal-marka relattiv, ma jitlifx id-dritt tieghu ta' protezzjoni fost il-membri tal-Unjoni Ewropea.
Fil-ligi ta' Malta li tirregola t-Trademarks, l-Att XVI tal-2000, illum Kap. 416, insibu fl-artikolu 12 illi:
"Trademark ma taghti ebda jedd lill-proprjetarju li jipprojbixxi l-uzu ghar-rigward ta' oggetti li jkun fihom dik it-trademark li jkunu tqieghdu fis-suq mill-proprjetarju jew bil-kunsens tieghu"
Sa hawn, dan il-provediment, jirrifletti l-pozizzjoni li dejjem hadet il-gurisprudenza lokali fil-kuntest.
Is-sub-artikolu (3), pero', jaghti definizzjoni tal-kelma"suq" u jghid li, ghal-fini ta' dak l-artikolu, il-kelma "suq" tfisser "is-suq f'Malta u mill-1 ta'Mejju, 2004, is-suq f'kull Stat Membru" tal-Unjoni Ewropea.
Bis-sahha ta' dan l-artikolu l-pozizzjoni f'Malta giet aleneata ma dik fl-Unjoni Ewropea, bir-rizultat li l-introduzzjoni tal-oggettbit-trademark f'suq ta' pajjiz li mhux membru tal-Unjoni Ewropea, ma ccahhadx lill-proprjetarju mid-drittijiet tieghu ghall-uzu ta' dik it-trademark f'suq ta' xi pajjiz membru. Kwindi, biex proprjetarju jitlef id-dritt tieghu fuq trademark gewwa Malta, irid jirrizulta li dak il-prodott innifsu kien gie introdott f'Malta jew f'xi stat iehor membru tal-Unjoni Ewropea bil-kunsens tal-proprjetarju liema "kunsens" ma jistax ikun prezunt minn cirkustanzi negattivi.
Jekk l-"uzu" tat-trademarkmill-konvenut kien isir qabel l-1 ta' Jannar, 2001 (dhul fis-sehha tal-Att dwar it-Trademarks) it-tkomplija ta' dak l-uzu ma jkunx kontravenzjonali, jekk ma kellux dak il-karattru taht il-ligi l-qadima, u cioe', l-Ordinanza dwar il-Protezzjoni tal-Proprjeta' Industrijali (Kap. 29). Taht ir-regim il-qadim, l-introduzzjoni ta' oggett bit-trademark fis-suq ta' kwalunkwe pajjiz iehor, hu fejn hu, kien ifisser li l-proprjetarju esawrixxa d-drittijiet tieghu fuq dak it-trademark. Dak li issa, allura, irid jigi determinat huwa jekk il-konvenut kienx qed "juza" il-merkanzija qabel l-1 ta' Jannar, 2001.
Dan, ovvjament, jissustixxi jekk il-prodott ikun originali; l-ispacc ta' prodotti counterfeit huwa projbit bil-ligi u dak li jkun ma jsib ebda protezzjoni gudizzjarja f'kaz li jkun qed juzat-trademark fuq oggetti mhux originali, jigifieri mhux tad-ditta proprjetarja tal-marka.
Hawnhekk gie ritenut li la darba l-prodotti in kwistjoni ma kienux counterfeit, u darba li l-konvenut kien qed jaghmel "uzu" minn dawn il-prodotti qabel id-dhul fis-sehh tal-ligi l-gdida dwar it-Trademarks, l-agir tieghu ma kienx jitqies kontravvenzjonali, u lanqas jista' hekk jitqies illum.