Reference: 343/1981/1

Judgement Details


Date
15/12/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CALLEJA ALFRED ET NOE vs ELLUL SULLIVAN CARMELO NOE ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
AGENT TA` BASTIMENT, REVOKA TAL-MANDAT - AGENT TA` BASTIMENT, RINUNZJA TAL-MANDAT - AGENT TA` BASTIMENT, TIPI TA`
Summary
Hemm diversi kwalitajiet ta' agenziji marittimi u n-natura guridika taghhom tvarja skond il-funzjonijiet li jizvolgu u tista' wkoll tvarja minn kaz ghal kaz.

Gurisprudenza anterjuri kienet stabiliet tliet xorta ta' rakkomandatarji, ossija "1. is-semplici konsenjatarji, jew agenti tal-vapur, li jigu maghzulin kull darba li l-bastiment imur fil-post fejn joqghod il-konsenjatarju, fejn ma jkunx hemm rakkomandatarju stabili; u l-fakoltajiet taghhom huma limitati ghall-operazzjonijiet relattivi ghall-karikament u skarikament ta' bastiment wiehed determinat, f' post wiehed; 2. ir-rakkomandatarji, li huma dawk li jirrapprezentaw lill-armaturi b' mandat generali, ghal dak li jirrigwarda l-ezekuzzjoni ekonomika u kummercjali tal-kuntratt tat-trasport, li jestendi ruhu ghall-operazzjonijietkollha kemm huma relattivi ghall-bastimenti kollha ta' l-armaturi; 3. ir-rapprezentanti jew agentitas-socjetajiet ta' navigazzjoni, li huma instituri veri u proprji, ghax jittrattaw u jikkonkludu abitwalment l-affarijiet kollha tas-socjeta` li jirrapprezentaw fil-post fejn joqghodu, u f' dak il-post huma preposti ghall-kummerc kollu li fl-istess post jigi ezercitat mis-socjeta` mandanti";

Effettivament illum tista' tghid li hemm bosta tipi ohra ta' rakkomandatarji. Ir-rapprezentant lokali ta' l-armatur esteru, imbaghad, avvolja kien semplicement konsenjatarju tal-bastiment ghal dik id-darba biss li l-bastiment kien Malta, u hekk kien mandatarju okkazjonali bil-fakoltajiet tieghu limitati ghall-operazzjonijiet attinenti u konsegwenti ghall-fatt tal-karikazzjoni u ta' l-iskarikazzjoni ta' bastiment determinat, ghandu r-rapprezentanza attiva u passiva ta' l-armatur ghal dawk l-operazzjonijiet specifici, u kwindi hu persuna legittima biex jirrapprezenta lill-armatur f'azzjoni ghad-danni pretizi minn ezekuzzjoni hazina ta' obbligazzjoni assunta ghat-trasport ta' merkanzija u ghad-danni konsegwenzjali.

Konsegwentement, ir-rakkomandatarju "jista' jigi citat ghan-nom ta' l-armaturi, basta jkunu attijiet li ma jeccedux il-generu ta' affari li r-rakkomandatarju hu nkarikatminnhom." Bhala persuni nkarikati bil-konsenja tal-merkanzija "huma persuni legittimi biex jirrispondu ghal domanda dwar nuqqas ta' konsenja tal-merkanzija."

In linea ta' principju l-estensjoni tar-responsabilita` ta' l-agent versu r-ricevitur fil-post ta' l-izbark tal-merkanzija hi dik pattwita fil-post ta' karikazzjoni.

Hawnhekk qamet kwistjoni ulterjuri jekk gjaladarba fil-mori tal-gudizzju l-konvenuta ma kienetx ghadha agenti ta' l-armaturi dan kienx igib li r-relazzjoni guridika li inizzjalment kienet twieldet mas-socjeta` attrici ma kienetx aktar tenibbli u ghaldaqstant jekk il-konvenuta setghetx tippretendi li tinhareg il-barra mill-proceduri intentati fil-konfront taghha fil-veste specifikata;

Il-qorti cahdet dan l-argument tal-konvenuta billi:

(1) Unavolta jinsab stabbilit li s-socjeta` konvenuta kienet "discharging agent" u gjaladarba ukoll l-azzjoni proposta ghandha konnessjoni diretta mar-rizultanzi dannuzi riskontrati fil-merkanzija fil-mumenttal-konsenja, ex post facto l-izbark taghha, dan kollu ghall-Qorti kien jikkostitwixxi fil-konfronttas-socjeta` konvenuta f' dik il-veste fonti legali ta' rapprezentanza processwali attiva;

(2) Rapprezentanza din li ma tispiccax semplicement ghax ikun kompjut il-mandat, jew dan ikun rizolutjew revokat, jew ghar-raguni sostenuta mis-socjeta` konvenuta li ma ghadhiex l-agent jew ghax il-vapur bidel ismu u tbiddlu wkoll l-armaturi. Ir-relazzjoni guridika, li issa qed tigi attakkata bhalali ma ghadhiex tezisti in virtu ta' dik l-istess raguni sottomessa, twieldet mill-fatt tad-danni riskontrati a tempo debito fil-merkanzija trasportata b' dak il-vapur f' dak il-mument fokali, u minnuskarikata. Kif ampjament manifest, l-inkariku ghal dan l-izbark gie assunt mis-socjeta` konvenutau l-arrangamenti li hi kellha mal-principali taghha huma ghal kollox irrilevanti ghall-fini tad-determinazzjoni tar-responsabilita ghall-hsarat riskontrati li ghalihom kellu jwiegeb min kien accetta l-inkarigu fil-konfront ta' l-importatur. Kull rapport bejn is-socjeta` konvenuta u l-vapur jew l-armaturi tieghu huma certament ghall-importatur u/jew l-assikurazzjoni tieghu res inter alios acta. Dak li jghodd hu r-rapport bejn il-garr u skariku tal-merce u l-kondizzjoni taghha;

(3) Ghall-iskop procedurali, imbaghad, hu ghalhekk indifferenti jekk fil-kaz partikolari kienx hemm mutament ta' l-armaturi jew ta' l-isem tal-vapur. Dik tibqa' materja li ma tinteressax din il-kawza kif proposta u, in pessima ipotesi, tikkoncerna biss, jekk ikun il-kaz, lis-socjeta` attrici li tkun trid taffronta l-problema ta' l-esegwibilita` jekk din tinsorgi. Certament, pero`, ma twassalx biex tippenalizza r-relazzjoni guridika, sostantiva u procedurali, li gja twieldet u li ghandha per konsegwenzatkompli tissussisti sa l-ezitu finali;

(4) Ikun antiguridiku u ghal kollox kuntrarju ghall-principji ta' gudizzju u ta' l-interessi tal-kummerc marittimu jekk jigi ammess illi sitwazzjoni bhaldik hawn kontemplata ghandha tinnewtralizza r-relazzjoni guridika gja krejata, u d-drittijiet, ankeprocedurali, akkwiziti mit-terzi. Tali koncessjoni, jekk accettata, taghmilha facli ghal kull rakkomandatarju jew agent biex isostni dak sottomess mis-socjeta` konvenuta u b' hekk jeludi d-drittijiettat-terzi li maghhom hu jew il-principal tieghu kkonkordaw. Dan apparti wkoll kwestjonijiet ta' spejjez estravaganti kemm gudizzjarji kif ukoll ta' ricerki biex it-terz joqghod ifittex lill-attwaliarmaturi, bit-tahbit u hela ta' energija li tali ricerka tikkomporta, u li fuq kollox ghandha tkun evitata u skoraggita;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info