Referenza: 418/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
16/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
ABELA BRIAN vs KUMMISSJONI KONTROLL TAL-IZVILUPP
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, QORTI TA` L-APPELL M`GHANDHIEX IS-SETGHA LI TISMA` PROVI GODDA
Fil-Qosor
Il-Qorti f'appelli mill-Bord ta' l-Appell dwar l-Ippjanar m'ghandhiex is-setgha li thalli li jsiru quddiemha provi godda u tanalizzahom u b'hekk tirrevedi d-decizjoni dwar il-fatti li jkun wasal ghaliha l-Bord. Huwa veru li l-Qorti ta' l-Appell ghandha s-setgha li tammetti xhieda jew provi godda atenur ta' l-Artikolu 208 tal-Kodici ta' Organizazzjoni u Procedura Civili Kap. 12. Pero` din is-setgha hija moghtija lilha meta tkun qeghda tezercita l-gurisdizzjoni ordinarja taghha, fejn inter aliaghandha s-setgha li tirrevedi l-apprezzament li tkun ghamlet l-ewwel Qorti tal-provi li jkunu akkwiziti fil-process.

F'appelli mill-Bord il-Qorti ta' l-Appell ma tkunx qeghdha tezercita s-setgha gurisdizzjonali ordinarja taghha, izda qeghdha tezercita gurisdizzjoni statutorja, cioe` dik, li temana mill-Att Numru 1 ta' l-1992. Din hija gurisdizzjoni limitatissima u li tinsab cirkoskrittab'dak li dik il-ligi stess tiddetta. Gialadarba din il-Qorti m'ghandhiex s-setgha li tirrevedi l-apprezzament tal-fatti li jkun ghamel il-Bord isegwi li din il-Qorti m'ghandhiex is-setgha li tippermetti li jsiru quddiemha provi godda billi l-ligi in kwistjoni ma taghti l-ebda rimedju f'dan is-senslill-appellant. Ghalhekk anke dan l-aspett ta' l-ewwel aggravju ta' l-appellant ma jistax jintlaqa'.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni