Reference: 125/1997/1

Judgement Details


Date
03/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
MACARONI PREMIER ET vs AGIUS JOSEPH ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KUNTRATT, F`BEJGH TA` RABA` IL-KEJL TA` L-ART HUWA MEHTIEG AD VALIDITATEM
Summary
L-Artikolu 28 (1) tal-Kap 55 (l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili) li jelenka x'ghandu jkun fih att nutarili, fil-paragrafu (f) jiddisponi li dan jehtieg li jkollu deskrizzjoni preciza tal-haga li dwarha jsir l-att b'mod li ma tistax tittiehed b'ohra u, f'kaz ta' att inter vivos dwar immobbli, dawn ghandom jigu mfissra "jekk raba', bit-tismija tal-post li fil-limiti tieghu jkunuqeghdin, bl-isem taghhom, jekk ikollhom (u jekk jista' l-isem tad-distrett), il-kejl taghhom, u tlieta, ghall-anqas, mill-irjieh
taghhom, kif ukoll pjanta dettaljata tal-proprjeta`, flimkien masurvey sheet ufficjali li turi l-qaghda ta' l-imsemmija proprjeta` b'mod li tkun stabbilita l-identita` taghha.

Fi trasferimenti ta' art huwa l-kejl u cioe` l-'area' superficjali tal-art li huwa mehtieg li jigi indikat ad validitatem u kull deskrizzjoni ohra bhal ma huwa t-tul tal-faccata u tal-fond u fatturi ohra li jiddeskrivu n-natura u l-konfigurazzjoni ta' l-art, ghalkemm ta' relevanzaghal min qed jakkwista, huma ta' natura sekondarja li jistghu facilment jigu sodisfatti bil-pjantau survey sheet li l-istess ligi li tirregola l-professjoni nutarili tirrikjedi. Issa minn ezami tal-pjanta annessa mal-kuntratt tal-11 ta' Settembru, 1995, li l-ewwel Qorti korrettament iddikjarat bhala dak, u dak biss, li ghandu jirregola r-relazzjonijiet ta' bejn il-kontendenti, jidher li din mhuxbiss tindika l-plots li kienu qeghed jigu trasferiti izda wkoll tindika 'skala' ta' 1:1250 li bi ftit attenzjoni da parti tas-socjeta` attrici kien juri li l-plots in kwistjoni ma kellhomx faccata ta' 25 pied izda anqas. Mentri l-istess pjanta setghet facilment turi 'area' superficjali ekwivalentighal dak imsemmi fil-kuntratt de quo. Dan il-fatt ukoll jimmilita kontra dak li rriteniet l-ewwel Qorti u cioe` li l-partijiet kienu miftehem li l-plots kellhom ikollhom faccata ta' 25 pied.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info