Referenza: 1837/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
03/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Partijiet
HERITAGE ESTATES LTD vs RAGONESI AV. DR. VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, KAWTELA FIL-KAZ TA` APPELL FUQ IL-KAP TA` L-ISPEJJEZ - APPELL, REVIZJONI TAL-KAWTELA
Fil-Qosor
L-Artikolu 249(2) tal-Kap 12 jipprovdi li l-garanzija ghall-ispejjez fil-proceduri fi stadju ta' l-appell, li ghandha ssir u tigi depozitata fil-Qorti sa mill-anqas jum qabel ma jibda jinstama' dak l-appell, ghandha tkun "fis-somma stabbilita mir-registratur". Hija ghalhekk ir-responsabbilita` tar-Registratur li jistabilixxi x'ghandu jigi depozitat in kawtela ta' l-ispejjez ta' l-appell ghall-prosegwiment tal-proceduri fi stadju ta' l-appell billi, fl-eventwalita` li s-somma hekk dikjarata dovuta, ma tigix depozitata kif previst, l-appell jigi dikjarat dezert. B'dana kollu l-Artikolu 1004(1)tal-Kap 12 jipprovdi li "L-ispejjez ghandhom jigu ntaxxati u mhallsa skond it-Tariffi fl-Iskeda A litinsab ma dan il-Kodici u skond regolamenti maghmula mill-Ministru responsabbli ghal gustizzja tahtdan l-Artikolu." Isegwi li fl-ezekuzzjoni ta' dan l-inkarigu r-Registratur irid jikkonforma ruhu mal-ligi u kull possibilita` ta' diskrezzjoni fl-iffissar ta' l-ammont li ghandu jigi depozitat mill-parti li tappella hija ezkluza nkwantu li Skeda A annessa mal-Kodici ta' Organizzazzjoni u ProceduraCivili ghandha tkun il-mizura li biha jigi stabbilit ezattament dak li ghandu jigi depozitat.

Hawnhekk il-Qorti ta' l-Appell qieset li kellha s-setgha li taghti direttivi lir-Registratur ghaldak li jirrigwarda l-iffissar tal-kawtela.

F'kazi ta' appelli minn dikjarazzjoni dwar kif ghandhom jinqasmu l-ispejjez bejn il-partijiet, inkwantu tali dikjarazzjoni ma tikkoncernax il-meritu,ir-Registratur ma ghandu ebda provvedimenti fuq xhix jista' jistrih u fic-cirkostanzi ghall-tali appell ma jistax jigi ntaxxat dritt tar-registru. Fir-rigward tad-dritt ta' l-avukat u l-prokuratur legali, xorta wahda ghandha tapplika l-klawsola 15(a) tat-Tariffa E formanti parti mill-Iskeda A annessa mal-Kap 12.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni