Reference: 3/2000/2

Judgement Details


Date
01/12/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
TRAPANI GALEA FERIOL GINO PRO ET NOE vs DEGUARA PAOLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DISTINZJONI BEJN CESSJONI U SULLOKAZZJONI - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI - GRAD TA` PROVA MEHTIEG - LOKAZZJONI, SULLOKAZZJONI - KUNSENS MEHTIEG AI TERMINI TAL-KAP. 199 - LOKAZZJONI, TALBA GHAL RIPRESA TAHT IL-KAP. 199 - DRITT GHAL KUMPENS - LOKAZZJONI, TALBA GHAL RIPRESA TAHT IL-KAP. 199 - FORMULAZZJONI TAT-TALBA - LOKAZZJONI, TRASFERIMENT AI TERMINI TAL-KAP. 199
Summary
Wahda mir-ragunijiet prospettati mil-ligi fil-Kapitolu 199 ghar-ripreza da parti tas-sid tar-raba minnu lokat hi dik fejn "ir-raba jkun gie sullokat jew il-kirja tieghu giet trasferita minghajr il-kunsens ta' sid il-kera lil xi persuna ohra li ma tkunx xi kerrej iehor ta' l-istess raba jew membru tal-familja" [Artikolu 4 (2) (c)];

Huwa mill-ewwel distingwibbli l-kaz, trattandosi ta' kirja ta' fond rustiku minn dak fil-kaz ta' kirja ta' fond urban billi din ta' l-ahhar skond Artikolu 9 (a)tal-Kapitolu 69, id-dritt tar-ripussess tal-fond hu koncess, f' kaz ta' sullokazzjoni jew trasferiment tal-kirja meta tali jsiru "minghajr il-kunsens espress ta' sid il-kera". Kif ahjar interpretatf'gurisprudenza affermata f'dan l-ahhar kaz prospettat "il-ligi, precizament biex tevita l-kwistjonijiet u supposizzjonijiet ta' approvazzjoni u kunsens tacitu, trid li l-kunsens ghas-sullokazzjoni jkun espress. Li kieku l-ligi kienet trid li semplici kunsens tal-lokatur ikun bizzejjed, kien kif kien, anki tacitu, ma kienx ikun hemm ghalfejn jinghad li l-kunsens mehtieg kien il-kunsens espress".

Dan il-punt qed jigi llustrat u accentwat biex jaghti rizalt lil fatt illi fil-kaz ta' kirjaagrikola l-ligi ma tirrikjedix li l-kunsens ikun espress. Li jfisser allura li f' dan il-kaz dan il-kunsens jista' jkun tacitu jew dezunt mic-cirkostanzi;

Is-sullokazzjoni, a differenza ta' cessjoni ta' drittijiet, oltre li ma tirrikjedix il-miktub ghas-sussistenza taghha "tohloq kuntratt gdid ta' kiri, li ghalih sid il-kera principali huwa totalment estraneu u li hu nettament distint mill-kuntratt orginarju tal-kirja principlali; u ghalhekk, quddiem sid il-kera, is-subinkwilin huwa terza persuna".

Kwantu ghal fatt tat-trasferiment tal-kirja li jsemmi d-dispost tal-ligi in diskussjoni, kif drabi ohra rilevat, dik il-lokazzjoni ma hijiex limitata ghac-cessjoni kif kontemplat fil-Kodici Civili izda ghandha konnotazzjoni aktar wiesgha u "tikkolpixxi kull forma ta' trasferimenttal-kirja li ssir minghajr il-kunsens espress tas-sid, u ma taghmel ebda distinzjoni bejn trasferiment oneruz u gratuwitu; u konsegwentement mhux rikjest li jkun thallas xi korrispettiv biex jissussisti t-trasferiment tal-kirja kontemplat bl-Artikolu 9 tal-Kapitolu 69.

Premess is-suespost, huwa pacifikament akkolt illi "pero` hu car u ovvju illi hu s-sid li jrid jipprova dak li jallega u cjoe li l-inkwilin bla kunsens tieghu ssulloka l-fond jew itrasferixxa l-kirja. U tali prova mhux bizzejjed li tkun indizju jew probabilita`. Jehtieg li tkun univoka u kredibbli sal-punt li twassal lill-gudikant ghall-konvinciment illi l-inkwilin ma kienx ghadu bhala fatt li juzufruwixxi mid-drittijiet lilu kompetenti bhala kerrej u li kien ghadda dawn l-istess drittijiet komprizi fit-tgawdija tal-haga lilu mikrija lil haddiehor".

Il-manifestazzjoni tal-kunsens mis-sidien trid ukoll tirrizulta b' mod car u inekwivoku in kwantu tinvolvi rinunzja ta' dritt. U kif maghruf "ir-rinunzji huma 'di stretto diritto' u ghandhom jirrizultaw minn fatti assolutament inkonciljabbli mal-konservazzjoni tad-dritt u li juru l-volonta` preciza tar-rinunzjant". Fi kliem iehor hemm bzonn li din ir-rinunzja tirrizulta minn att jew kumpless ta' atti li jissupponu necessarjament fir-rinunzjant l-intenzjoni li huwa jabdika d-dritt tieghu.

Indubbjament, biex jista' jinghad li tezisti xi ratifikal-intimati jehtiegilhom bhala l-ewwel rekwizit jiddemostraw li s-sidien kienu jafu biha;

Kwantu ghall-aggravju l-iehor sollevat mill-appellanti huwa argomentabbli mis-subincizi (4) u (5) ta' l-Artikolu 4 tal-Kapitolu 199 illi meta l-kawzali tat-talba ma tkunx bazata fuq is-subparagrafi (a) u(b) tas-subinciz (2) ta' l-istess Artikolu 4 [bzonn tas-sid] allura mhux biss il-Bord ma jiffissax il-kumpens izda addirittura r-rikors li jkun talab ir-ripreza lura tar-raba ma ghandux ghalfejn jikkontjeni talba ad hoc ghal likwidazzjoni tal-kumpens. Dan hu hekk il-kaz fejn it-tehid jintalab fuq il-bazi tas-sullokazzjoni [subparagrafu (c)] jew morozita [subparagrafu (e)] jew ghal xi raguni ta' ksur tal-kondizzjonijiet lokatizji, ezemplifikati fis-subparagrafi (d) u (f).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info