Referenza: 143/1999/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/12/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FARRUGIA ANTHONY ET vs FARRUGIA ALFRED PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, META L-INKWILIN JGHADDI L-KIRJA LIL SOCJETA` TIEGHU STESS
Fil-Qosor
Huwa fatt illi socjeta` ghandha personalita` guridika distinta u separata minn dik ta' l-inkwilin uallura hija haga totalment differenti minn punto di vista legali. Ifisser allura illi jekk kirja tigi trasferita minn fuq inkwilin personalment ghal fuq socjeta` kummercjali, u dan kontra l-volonta`esplicita ta' sid il-fond, dan jaghti lok ghall-akkoljiment tat-talba li ssir minn dan is-sid ghar-ripreza tal-fond mikri. Fuq dan il-punt il-gurisprudenza hi konkordi.

Issa m' hemmx dubbju illi l-ligi specjali thares b' disfavur lis-sullokazzjonijiet jew trasferimenti tal-kirja meta dawn isiru bla kunsens tas-sid. Hu prezunt li l-ligi dan taghmlu ghaliex tqis li hu legittimu l-interess tas-sid li ma jhallix lill-kerrej tieghu jispekula u jaghmel profitt minn hwejgu minghajr l-awtorizzazzjoni tieghu;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni