Reference: 1322/1993/3

Judgement Details


Date
30/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CUSCHIERI NOEL
Parties
CALLEJA MARY ET vs RADMILLI DAVID
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MHUX PERMISSIBBLI - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET MINGHAJR IL-KUNSENS TAS-SID - LOKAZZJONI, ALTERAZZJONIJIET PERMISSIBBLI
Summary
L-Artikolu 1554[a] tal-Kap.16 jaghti lill-kerrej id-dritt li jinqeda bil-haga mikrija lilu uti bonuspaterfamilias u ghall-uzu miftiehem fil-kuntratt, jew in mankanza ta' tali ftehim, ghall-uzu li jista' jigi prezunt mic-cirkostanzi. L-Artikolu 1464[1] jiddisponi li "Il-kerrej matul il-kiri ma jistax jaghmel ebda tibdil fil-haga mikrija minghajr il-kunsens ta' sid il-kera, u m' ghandux jedd jitlobil-hlas lura, tal-valur ikun kemm ikun tal-miljoramenti maghmula minghajr dak il-kunsens".

Il-gurisprudenza "irrikonciljat il-jedd ta' l-inkwilin ghat-tgawdija shiha tal-fond lilu lokat skondid-destinazzjoni tieghu, li s-sid ikun obbligat li jirrispetta u jassigura mal-jedd ta' l-istess sid li ma jhalliex il-fond proprjeta' tieghu jigi snaturat b' xogholijiet strutturali li ghalihom hu ma jkunx ta preventivament il-kunsens kif l-inkwilin kien obbligat fil-ligi li jitolbu u jassigura.. il-gurisprudenza in effetti tidditermina biss il-parametri li fihom l-inkwilin seta' jassigura t-tgawdija shiha tal-fond lilu lokat skond id-destinazzjoni tal-kirj, u hu ghalhekk li f' dawn il-parametri il-gurisprudenza tqis li certi xogholijiet ma jirrikjedux il-kunsens tas-sid. Tali kunsens pero' kif gie ritenut mill-Qrati fuq l-insenjament tad-duttrina u tal-gurisprudenza mhux necessarju trattandosi ta' innovazzjonijiet parzjali u mhux ta' importanza kbira, innovazzjonijiet li ma jbiddlux id-destinazzjoni tal-lokazzjoni, li ma jippregudikawx id-drittijiet tal-propretarju, li jkunu jistghu jigu rimossi meta tispicca l-loazzjoni, u li jkunu necessarji jew utili ghall-godiment tal-hagalokata .. ";

Hawnhekk parti mill-proprjeta' tal-attrici, lokata lill-konvenut, giet mehuda unkorporata da parti tal-konvenut fi proprjeta' ta' terzi bl-intiza cara li din tifforma parti integrali minnha.

Inoltre, il-konvenut fuq il-porprjeta' akkwistata mill-kumpanija tieghu, inkluza l-bicca mehuda mill-fond lokat, bena zewg sulari appartamenti bir-rizultat li l-arja ta' din il-parti tal-hanut giet approprijata minnu b' mod li fit-terminu tal-lokazjoni r-rimozzjoni ta' dawn il-kostruzzjonijiet ser tkun tinvolvi spiza sostanzjali u jekk l-appartamenti jigu mibjugha lil terzi, ser tkun addirittura mpossibbli. F' dawn ic-cirkostanzi, mat-terminazzjoni tal-lokazzjoni, il-konvenut, minhabba l-azzjonijiet tieghu mehuda minghajr il-kunsens tas-sid, anzi kontra l-volonta' espressatas-sid, ma kienx ser ikun fil-posizzjoni li jirritorna il-hanut bl-arja tieghu fl-istat integru kif kien fil-bidu tal-lokazzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info