eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 15/2002/1
Download
Judgement Details
Date
29/11/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
LANZON VICTOR ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
LANZON VICTOR ET NOE vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA - 15/2002/1 - CONSTITUTIONAL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, F`LIEMA STADJU TAL-ITER PROCESSWALI TAL-PROCEDURI ORDINARJI GHANDU JITQAJJEM ILMENT KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, INTERROGAZZJONI FIL-KORS TA` INVESTIGAZZJONI KRIMINALI
Summary
Huwa principju accettat kemm fil-gurisprudenza ta' Strasbourg kif ukoll f'dik ta' din il-Qorti li, biex wiehed jiddeciedi jekk kienx hemm nuqqas ta' smigh xieraq wiehed irid jara u jezamina l-procedura gudizzjarja kollha kemm hi fit-totalita` taghha.
Ma hemmx dubbju li skond il-gurisprudenzata' Strasbourg persuna tista' tkun intitolata ghal assistenza legali anke fi stadju qabel ma jigi deciz li hija titressaq akkuzata b'reat quddiem qorti jekk ikun hemm cirkostanzi partikolari li jiddettaw li, fl-assenza ta' tali assistenza, id-dritt taghha ghal "smigh xieraq" ikun gie menomat. Hu veru li wiehed irid ihares lejn dak li, fil-kaz Magee v United Kingdom deciz mill-Qorti Ewropea wkoll fis-6 ta' Gunju 2000 gie indikat bhala "procedural fairness" - pero` jekk il-procedura fil-kaz partikolari tkunx wahda "fair" o meno jiddependi mhux minn xi principju generali jew astratt, izda mic-cirkostanzi partikolari ta' kull kaz.
Kull kaz irid jigi valutat fl-isfond tac-cirkostanzi partikolari tieghu. Is-semplici fatt li persuna (anki jekk minorenni) tigi interrogata mill-pulizija fil-kors ta' l-investigazzjonijiet li jkunu qed isiru, anki jekk fl-assenza ta' assistenza legali, di per se, mhux necessarjament iwassal ghal vjolazzjoni tad-dritt ghal smiegh xieraq. Il-persuna interrogata ghandha l-jedd li ma twiegeb xejn sabiex ma tinkriminax ruhha.
Persuna li tkun ghalqet is-sittax-il sena - u ghalhekk ma hix kunsidrata aktar mil-ligi bhala "a child or young person" -- matistax tippretendi li tigi trattata b'xi mod "specjali" in konnessjoni ma' arrest u investigazzjonita' reati, salv, naturalment, xi cirkostanzi eccezzjonali bhal, per ezempju, jekk jirrizulta li l-persuna in kwistjoni ikollha xi problemi psikoligici partikolari (cirkostanzi li jistghu jezigu trattament differenti da parti tal-Pulizija ghal dak li hu arrest u interrogazzjoni anke fil-kaz ta' persuni li jkunu ghalqu l-eta` ta' tmintax-il sena).
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It