Reference: 644/2004

Judgement Details


Date
25/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MALLIA TONIO
Parties
MARSAXLOKK SAILING CLUB COMPANY LTD vs J & H COMPANY LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT TA` QBID, MAKNI U L-GHODDA MEHTIEGA GHAT-TAGHLIM JEW GHALL-EZERCIZZJU TAX-XJENZA JEW TA` L-ARTI TAD-DEBITUR JEW TAT-TFAL TIEGHU - MANDAT TA` QBID, META D-DEBITUR JITHALLA JUZA` CERTI OGGETTI MAQBUDA
Summary
L-Artikolu 836(1)(f) tal-Kap. 12 jipprovdi ghar-revoka ta' mandat kawtelatorju "jekk jintwera li fic-cirkustanzi ma jkunx ragonevoli li jinzamm fis-sehh l-att kawtelatorju jew parti minnu, jew li dakl-att jew parti minnu mhuwiex aktar mehtieg jew gustifikabbli."

Hawnhekk l-oggetti maqbuda gew konsenjati lil konsenjatarju. Meta jinhatar kunsinnatarju, il-ligi tipprovdi dwar l-uzu li jista'jsir tal-oggetti elevati, u dan fl-artikolu 298 tal-indikat Kap. 12 li jiddisponi dan li gej:

"(1) Il-kunsinnatarju ma jistax jinqeda bil-hwejjeg maqbuda, lanqas jippermetti lid-debitur li juza l-hwejjeg maqbuda jew li jibqa' jzommhom fil-pussess tieghu, lanqas jaghtihom b'kiri jew b'self, taht piena li jitlef il-jedd ghall-hlas ta' l-ispejjez ta' l-irfigh taghhom u li jigi kkundannat ghall-hlas tad-danni u ta' l-imghaxijiet:

Izda d-debitur jista' jithalla juza jew jibqa' jzomm pussess ta' dawk l-oggetti minn fost il-hwejjeg maqbuda li l-Qorti tista' tawtorizza jekk il-Qorti tqis li dawk l-oggetti huma normalment mehtiega f'dar medja ghal ghajxien decenti sabiex tinzamm id-dinjita' umana tad-debitur u tal-familja tieghu"

Minn dan l-artikolu jirrizulta li l-oggetti elevati ma jistghux jibqghu jintuzaw, la mill-kunsinnatarju u lanqas mid-debitur, u l-fakolta' moghtijalil Qorti biex, f'certi cirkustanzi, tippermetti uzu ta' xi oggetti, tidher li hija applikabbli biss ghal ghamara u affarijiet li wiehed soltu jsib f'dar ta' residenza, u li jkunu mehtiega ghal ghajxien decenti tad-debitur u tal-familja tieghu. Fakulta' simili ma jidhirx li giet moghtija lill-Qorti f'kaz li d-debitur ikun persuna guridika.

L-artikolu 304 tal-Kap. 12, li hu applikabbli ghal mandat ta' qbid kawtelatarju bis-sahha tal-artikolu 846, jiddisponi, min naha l-ohra, li m'humiexsuggetti ghal-qbid, fost affarijiet ohra, "il-makni u l-ghodda mehtiega ghat-taghlim jew ghall-ezercizzju tax-xjenza jew ta' l-arti tad-debitur jew tat-tfal tieghu".

Il-kelma "arti" uzata fil-ligi ma tikkomprendix biss l-arti liberali u dawk li jissejhu "belle arti", imma anke l-arti mekkanici u industrijali, u ghalhekk, hu protett b'dik id-dispozizzjoni tant l-"artista" kemm "l-artigjan".L-oggetti eskluzi jridu jkunu mhux biss konnessi man-negozju tad-debitur, izda jridu jkunu mezzi indispensabli ghall-ghajxien tad-debitur. A bazi ta' dawn il-principji il-gurisprudenza irriteniet lil-ghodda ta' mastrudaxxa ma jistghux jinqabdu.

Is-socjeta` rikorrenti hawnhekk kienet tmexxi restaurant u l-oggetti maqbuda kienu indispensabbli sabiex ir-restaurant fil-fatt jitmexxa. Il-Qorti qieset li ma kienx ikun ghaqli li meta l-kwistjoni kienet ghad trid tigi mistharga mill-Qrati, is-socjeta' rikorrenti tigi mwaqqfa milli tkompli taghmel il-minimu ta' negozju possibbli. Ghalhekk,il-Qorti laqghet t-talba tas-socjeta' rikorrenti taht dan il-kap, limitatament billi tezenta mill-effetti tal-Mandat in kwistjoni certi mill-oggetti maqbuda li l-Qorti tqies bhala indispensabli biexin-negozju, anke fuq skala ridotta, jibqa' ghaddej.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info