Referenza: 22/2003

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
RIPARD CATHERINE vs KUMMISSJONI GHALL-KONTROLL TA' L-IZVILUPP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, META S-SENTENZA APPELLATA TIKKONTJENI ZBALL FL-OKKJU - BORD TAL-APPELL DWAR L-IPPJANAR, ZBALL FL-OKKJU TA` DECIZJONI TA` - SENTENZA, ZBALL FL-OKKJU
Fil-Qosor
Zball fl-isem jew il-kunjom ta' xi hadd mill-partijiet jimporta n-nullita' tal-attijiet u tas-sentenza relativa, sakemm ma jkunx hemm korrezzjoni mill-istess Qorti li tkun emanat dik is-sentenza.

Dan hu zball ta' sustanza li l-Qorti tal-Appell necessarjament trid tissollevah ex officio inkwantu hu bl-okkju tas-sentenza li l-partijiet jigu identifikati u huma d-drittijiet u l-obbligi ta' dawk il-partijiet - persuni kontendenti fil-kawza - li jkunu qed jigu determinati fis-sentenza appellata. Is-sentenza taghmel stat u torbot lil dawk l-persuni u huwa car li jekk dawn ma jkunux sewwa identifikati dik ir-rabta ma tirrizultax effikaci fil-ligi. L-izball allura jehtieg li jigi rettifikat.

Il-Qorti ta' l-Appell fit-termini tal-artikolu 175 tal-Kap.12 ghandha l-fakolta' li tikkoregikull zball li jirrizulta f'kull att li jigi pprezentat wara s-sentenza tal-ewwel istanzi imma din il-fakolta' ma testendix sas-sentenza li tkun appellata quddiemha'.

Is-sitwazzjoni ma jidhirxli tbiddlet bl-emendi li saru fil-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili bl-Att XXIV ta' l-1995; is-subinciz 2 ta' l-artikolu 175 nfatti ma jirrizultax b'xi mod emendat. Il-Qorti ta' l-Appell allura ma tistax tikkoregi l-ismijiet tal-partijiet li jidhru zbaljatament fl-okkju tas-sentenza appellata ghax ghandha tqis li dik is-sentenza nghatat kontra persuna jew persuni li ma kienux parti fil-kawza bhala attur jew konvenut. Hi biss il-qorti li ppronunzjat is-sentenza li tista' taghmel ir-rettifika opportuna ghaliex is-sentenza appellata taghmel biss stat fil-konfront ta' dawk il-persuni li hi tiddikjara fl-okkju taghha li huma l-partijiet in kawza. U una volta dawk il-partijiet ma kienux ghal dawk li agixxew bhala atturi jew ghal dawk li gew citati biex jiddefenduha bhala konvenuti jew mod iehor, dik is-sentenza hi sostanzjalment difettuza u ghandha tigi annullata.

L-artikolu175 (2) tal-Kap.12 jirreferi ghal zball ta' forma jew dattilografu li ma jbiddilx is-sostanza tad-decizjoni mill-Qorti ta' Prim' Istanza, u mhux ghal zbalji li jolqtu direttament is-sostanza u l-mertu tal-kawza proprja, u f'dan il-kaz il-mertu ta' l-appell odjern. Infatti kif diga' inghad l-izballin kwistjoni jbiddel ghal kollox l-identita' tal-persuna. Tali korrezzjoni ma tistax u m'ghandhiexissir hlief mill-istess Qorti jew tribunal jew organu li jkun ta l-istess decizjoni, aktar u aktar meta hemm dan il-konflitt bejn l-istess partijiet.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni