eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 2018/2001/1
Download
Judgement Details
Date
18/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
GALLO LEONARD ET vs BROWN MAJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
GALLO LEONARD ET vs BROWN MAJA ET - 2018/2001/1 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Keywords / Summary
Keywords
APPOGG, DRITT GHALL-KUMPENS HUWA DRITT PERSONALI - APPOGG, RIZERVA TAD-DRITT GHALL-KUMPENS MA TEFFETWAX IL-PROPRJETA` TAL-HAJT - BEJGH, BITHA F`FOND LI MA TISSEMMIEX FIL-KUNTRATT - BEJGH, JINKLUDI L-ACCESSORJI TA` L-OGGETT MIBJUGH - HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - TWIEQI - SERVITU`, LIGIJIET SPECJALI U REGOLAMENTI TAL-BINI - SERVITU`, PROSPETT - ARJA TA` BITHA - SERVITU`, PROSPETT - BINI FIL-FOND VICIN - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - HAJT M`HEMMX GHALFEJN IKUN KOMUNI - SERVITU`, TIEQA - NECESSITA` TA` - SUPERFICIES SOLO CEDIT, PROPRJETA` TA` L-ARJA TA` BITHA INTERNA META GID JINQASAM F`SULARI DIFFERENTI
Summary
F'din il-kawza l-atturi talbu li t-twieqi li l-konvenuti fethu fuq bitha interna tal-proprjeta` ta'l-atturi tinghalaq. Qamet il-kwistjoni dwar il-proprjeta` tal-bitha billi din ma kienetx tissemma fil-kuntratt ta' l-akkwist ta' l-atturi.
Il-Qorti qieset li l-kuntratt kien isemmi appartamentli kien qieghed jinbiegh bil-pertinenzi tieghu. Il-bitha li kienet accessibbli biss mill-fond ta' l-atturi kienet accessorja tal-gid miksub mill-atturi fil-kuntratt tal-akkwist u maghduda f'dak il-gid.
Il-jedd li wiehed jitlob jew li jithallas kumpens ghall-appogg huwa jedd personali, u l-fatt li l-bejjiegh ikun zamm ghalih il-jedd li jitlob lil eventwali terz il-hlas ta' kumpens ghall-appogg, ma jfisser bl-ebda mod li l-bejjiegh ikun zamm ghalih il-proprjeta' tal-hajt li jkun. B'zieda ma' dan jinghad ukoll li l-applikazzjoni tal-artikolu 425 tal-Kodici Civili tintrabat ma' hajt lijaqsam gid minn iehor, u mhux ma' hajt komuni. Ghalhekk jidher li l-kwestjoni tal-proprjeta' tal-hajt li fih tinfetah it-tieqa hija ghal kollox irrilevanti;
Fir-rigward ta' ftuh ta' twieqi fuqbtiehi ta' haddiehor, il-ligi timxi fuq il-presunzjoni superficies solo cedit stabilita fl-artikolu323 tal-Kodici Civili. Ghalkemm huwa minnu li, f'ghadd ta' kawzi, tqanqlet il-kwestjoni spinuza ta' proprjetajiet ta' sidien differenti li jkunu fuq xulxin, xorta wahda jista' jinghad li din il-prezunzjoni ghadha meqjusa bhala punt ta' tluq. It-tnehhija ta' tali presunzjoni trid tigi ippruvata kif imiss. Inghad ukoll li s-sid ta' bitha interna ghandu l-proprjeta' tal-arja ta' dik il-bitha, u li ghalhekk il-ftuh ta' kull tieqa minn sid ta' xi beni sovrastanti li ma jkunx sar bi qbil ma' sid il-bitha jew li ma jkunx inghata espressament fit-titolu tal-akkwist, jikkostitwixxi servitu';
Biex wiehed iqis kif imiss l-estent ta' servitu' partikolari, m'huwiex moghti lit-titolari tas-servitu' li jippretendi tigbid jew estensjoni tal-istess servitu' skond il-htigijiet taz-zmien, ghaliex servitu' ghandha tigi mfissra b'riferenza ghaz-zmien meta tkun inholqot u mhux b'riferenza ghalzviluppi li jkunu saru wara dak iz-zmien mis-sid tal-post dominanti;
Ftit li xejn jiswa lijinghad li l-bini sar bil-mehtiega jew li l-ftuh tat-twieqi huwa obbligatorju bil-ligijiet sanitarji, ghaliex fir-rigward ta' drittijiet privati u rejali il-ligi tipprovdi specifikatament dwar il-modli bih gid ta' sid jista' jitghabba jew jittaqqal izjed b'servitu' favur gid ta' haddiehor. F'kazbhal dan, il-kisba ta' permessi tal-bini hija obbligu li kull min irid jaghmel zvilupp irid iwettaq,imma qatt ma jista' jissarraf ukoll f'obbligu kontra l-gid tas-sit serventi jew il-gid ta' terzi;
Gie ukoll argumentat li l-mod kif saret t-tieqa ma setax jitqies li kien qed jghabbi l-gid tal-atturi b'servitu' fuq il-bazi li t-tieqa la tista' tinfetah u lanqas jista' jsir titwil minnha ghalgol-bitha tal-atturi. Kulma kienu qeghdin jiggwadanjaw l-imharrkin huwa d-dhul ta' dawl ghal gol-appartament taghhom bla ma jnaqqsu xejn mill-jedd tal-atturi fuq hwejjighom.
Il-Qorti filwaqt li qieset li dan kien minnu, xorta wahda wieset li, fil-qafas tal-artikolu 425 applikabbli ghall-kaz, dan l-argument jista' jissana l-ksur jew nuqqas li sehh bil-ftuh mhux maqbul tat-tieqa. Il-bazital-kundizzjoni msemmija f'dak l-artikolu tal-ligi m'hijiex biss mahsuba biex tevita li jsir titwilghal gol-gid tas-sid, imma biex ma jsir xejn li jista' jnaqqas mill-jedd tieghu li jkun jista' jizviluppa b'mod shih il-gid tieghu sal-limiti tal-hajt divizorju;
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It