Referenza: 457/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
JOSEPH CARUANA CO. LTD. vs COLEIRO DAVID ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KAPITOLU GHAS-SUBIZZJONI, RAGUNI TAJBA GHAL NUQQAS TAL-KONVENUT LI JIDHER QUDDIEM IL-QORTI
Fil-Qosor
Fl-Artikolu 698 (2) tal-Kapitolu 12, f' kaz li l-parti li lilha tinghata s-subizzjoni tonqos li tidher fil-jum li ghalih il-qorti thalli s-smigh tal-kawza, minghajr ma ggib raguni tajba li ghaliha tkun naqset li tidher, twassal biex dak il-kapitolu jitqies ammess u accettat, ossija, mistqarr, kif stabbilit fl-Artikolu 702 (3) (a) ta' l-istess Kapitolu 12;

Jinsab deciz illi "r-raguni tajba"jew "il-kawza gusta biex il-parti ma tidherx quddiem il-Qorti, ghalkemm ikunu saru kapitoli kontra taghha, ghandha tikkonsisti f' impediment legittimu li minhabba f' dak l-impediment il-parti ma setghetx tirrispondi ghall-kapitoli li saru kontra taghha".

Mhux kull pretest jew skuzanti jistghujitqiesu bhala "raguni tajba" li ssemmi l-ligi, imma dik fejn verament ikun jezisti impediment legittimu, u li, skond wiehed mill-principji elenkati fis-sentenza a tali impediment "jkun indipendentimill-volonta` tal-kontumaci";

Jekk il-konvenut ikun ha zball fid-data tal-kawza jew tad-differiment dak l-izball hu wiehed vincibbli u ma jikkostitwix kawza gusta. Lanqas ma huwa zball skuzabbli fejn ikun hemm l-evidenti negligenza jew traskuragni ta' l-appellanti jew tad-difensur tieghu jewfejn, minhabba dizattenzjoni l-appellant ma semghax il-kawza tissejjah. F' kaz bhal dan dik in-negligenza toqtol kwalunkwe gustifikazzjoni in bazi ghall-aforisma "qui culpa sua damnum sentit non videtur damnun sentire".




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni