Reference: 373/2002/1

Judgement Details


Date
17/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
PIROTTA RITA vs CARBONARO SIMON ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, CESSJONI GHANDHA SSIR BIL-MIKTUB AD VALIDITATEM - LOKAZZJONI, CESSJONI TEHTIEG KORRISPETTIV - LOKAZZJONI, L-ATT XXXI TAL-1995 JAPPLIKA GHALL-FONDI KOLLHA PROTETTI MILL-KAP. 69 TAL-LIGIJIET TA` MALTA - LOKAZZJONI, RINUNZJA TAL-KIRJA A FAVUR TERZA PERSUNA - PROVA, B`LIEMA MEZZI JISTA` JIGI PROVAT IL-PAGAMENT
Summary
Legalment ma setax kien hemm cessjoni vera u proprja tal-kirja in kwantu fis-sens strett tal-KodiciCivili jinsab kontemplat illi gjaladarba c-cessjoni hija bejgh ta' kreditu, ta' jedd jew ta' azzjoni(Artikolu 1469), dak il-Kodici jesigi "ad validitatem" li c-cessjoni ssir bil-miktub (Artikolu 1470), oltre li jrid ukoll ikun hemm korrispettiv li hu rekwizit essenzjali ta' kull xorta ta' bejgh u ta' assenjazzjoni.

Huwa lecitu li l-kerrej jirrinunzja ghall-kirja favur persuna ohra. L-inkwilin li jipprezenta persuna ohra lil sid il-kera biex dan jirrikonoxxiha bhala inkwilina gdida tieghu minfloku ma jaghmelx cessjoni ta' l-inkwilinat, imma semplicement dikjarazzjoni illi huwa jrid jitlaq il-lokazzjoni.

Il-kirjiet kollha ta' fondi urbani, anki dawk kummercjali, li jkunu saruwara l-1 ta' Gunju 1995 m'humiex protetti bid-disposizzjonijiet tal-Kap. 69 u allura jibbasta l-congedo tas-sid biex il-kirja tintemm. Il-qrati ordinarji huma kompetenti biex jiehdu konjizzjoni ta' kawzi ta' zgumbrament meta l-inkwilin ma johrogx mill-fond minkejja l-kongedo.

Ghall-finijiet tal-prova tal-pagament tal-kera mhix indispensabbli l-produzzjoni tar-ricevuti; u fil-fatt hi gurisprudenza konkordi li l-hlas jista' jigi provat bi kwalunkwe mod purke` dan jikkonvinci lill-Qorti, naturalment skond ic-cirkostanzi u l-fatti tal-kaz, kif emergenti mir-rizultanzi processwali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info