Reference: 1360/1996/1

Judgement Details


Date
10/11/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
GEORGIA ENTERPRICES LTD vs ZAMMIT PACE DR REMIGIO
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
PROFESSJONISTA, DRITTIJIET PROFESSJONALI - PROFESSJONISTA, NATURA TAR-RAPPORT MAL-KLIJENT - PROFESSJONISTA, PROVA TA` INKARIGU
Summary
Ir-rapport professjonali jippostula l-konferiment ta' inkarigu relattiv. Inkarigu dan li jattiva ruhu permezz ta' manifestazzjoni ta' kunsens, u ghalhekk ir-rikjesta ta' prestazzjoni da parti tal-klijent-kommittent tikkostitwixxi talba ghall-ezekuzzjoni ta' l-istess prestazzjoni, hekk, indubbjament, wahda di fare. Dan ir-rapport huwa ghalhekk inerenti ghall-istitut tal-mandat. Li jfisser li l-inkarigu konferit lill-professjonista jimplika fil-mandatarju l-poter li jaghmel dak kollu li hu mehtieg ghall-ezekuzzjoni ta' l-inkarigu li jkun ircieva.

Naturalment f' kaz li tinsorgi kontestazzjoni l-prova tal-konferiment trid issir mill-professjonist li jkun qed jagixxi ghall-hlas tad-drittijiet tieghu.

Hadd ma jinnega illi klijent ghandu dritt jirrecedi ad nutum mill-kuntratt ta'mandat, anke minghajr raguni specifika.

Hi x' inhi r-raguni u kienx hemm, jew le, terminazzjoni, hu dispost, ex-Artikolu 1881 (1) tal-Kodici Civili illi "il-mandant ghandu jaghti lura lill-mandatarju l-flus li dan ikun hareg u l-ispejjez li jkun ghamel fl-ezekuzzjoni tal-mandat; u ghandu jikkompensah tax-xoghol tieghu jekk ikun weghdu dan il-kumpens, jew jekk dan il-kumpens ghandu jitqiesli gie miftiehem tacitament minhabba l-professjoni tal-mandatarju u cirkostanzi ohra." F' dan il-kaz it-tariffi professjonali stabbiliti mil-ligi jservu proprju ghal dan l-iskop u ghalhekk, oltre lijintegraw il-ftehim, jikkostitwixxu kriterju adegwat ghad-determinazzjoni tal-kumpens;




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info