Reference: 742/2000/1

Judgement Details


Date
08/11/2004
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
XUEREB GEORGE vs REGISTRATUR TAL-QRATI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - ZMIEN RAGJONEVOLI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TAL-GVERN - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TLIET TIPI TA` KONVENUT - GVERN, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TA` - SENTENZA, DISPOSITTIV TA`
Summary
Huwa minnu li l-Artikolu 219 tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kapitolu 12) jippreskrivi illi "Kull dikjarazzjoni li l-qorti trid li tkun deciziva jew obbligatorja, ghandha tigi mdahhla fid-dispozittiv." Pero` huwa wkoll principju stabbilit fil-gurisprudenza illi dan l-Artikolu 219ifisser illi "biex dikjarazzjoni tkun konklusiva jew obbligatorja ma tridx tkun merament jew ragonament jew semplici motiv izda vera soluzzjoni ta' kwistjoni trattata fis-sentenza li tirraprezenta l-konkluzjoni finali tal-Qorti fuq il-kwistjoni. Dak li hu importanti huwa illi s-soluzzjoni jew konkluzjoni tkun inkluza fis-sentenza u ma jimportax f'liema parti partikolari taghha: "operative part of the judgement" ghandha logikament tfisser kull parti tas-sentenza fejn tassew ikun hemm soluzzjonijew definizzjoni ta' kwistjoni li l-Qorti tintendi li ghandha tkun konkluziva jew obbligatorja.

L-Artikolu 181B tal-Kap. 12, introdott bl-Att XXIV ta' l-1995, elenka min ghandu jirraprezenta l-Gvern fi proceduri fil-qrati b'mod specifiku. Skond l-Artikolu 181B(1), il-Gvern ghandu jkun rapprezentat fl-atti u fl-azzjonijiet gudizzjarji mill-Kap tad-Dipartiment li jkun inkarigat fil-materja in kwistjoni. Pero fis-subinciz (2) il-ligi tkompli tghid li: "L-Avukat Generali jirraprezenta lill-Gvern f'dawk l-atti u l-azzjonijiet gudizzjarji li minhabba n-natura tat-talba ma jkunux jistghu jigudiretti kontra xi wiehed jew aktar mill-kapijiet tad-dipartiment tal-Gvern." Fis-sistema guridiku taghna, huwa r-ram Ezekuttiv tal-Gvern - il-kelma "Gvern" mifhuma fis-sens wiesa' u pjuttost dottrinali ta' "Stat" - li jidher kemm f'kawzi ta' natura penali (hekk ara, per ezempju, l-Artikolu 4(1) tal-Kodici Kriminali) kif ukoll f'kawzi ta' natura civili, inkluzi dawk kostituzzjonali. Infatti, huwar-ram Ezekuttiv tal-Gvern li jinsab f'posizzjoni li jista' jaghti rimedju effettiv f'kaz li l-"Istat" jew wiehed mir-rami l-ohra jirrizulta, fi proceduri gudizzjarji, li jkun b'xi mod naqas; u huwa wkoll ir-ram Ezekuttiv li ghandu l-mezzi biex jista' jassigura li, safejn hu possibbli, iz-zewg rami l-ohra ma jagixxux b'mod li jigu lezi d-drittijiet ta' terzi.

F'kawzi ta' natura kostituzzjonali bbazati fuq id-drittijiet fundamentali, il-legittimi kontraditturi ta' dawk l-azzjonijiet jinqasmu fi tlett kategoriji. L-ewwel kategorija tikkomprendi dak li huwa allegat li huma direttament jewindirittament, responsabbli, ghall-kummissjoni jew ommissjoni, ta' xi fatt li jikser xi dritt fundamentali protett mil-ligi. Fit-tieni kategorija huma dawk li ghall-ommissjonijiet jew kummissjonijiettal-persuni ta' l-ewwel kategorija jistghu jkunu responsabbli biex jaghtu jew jiffornixxu r-rimedjili s-sentenza, li takkolji l-lament tal-ksur ta' dritt fundamentali, tissanzjona. It-tielet kategorija mbaghad hemm dawk il-partijiet kollha li jkunu in kawza, meta l-kwistjoni kostituzzjonali tinqala' fuq jew waqt xi procedura gudizzjarja.

F'dawn il-proceduri ta' natura kostituzzjonali hemmzewg aspetti li mhux necessarjament ikunu konnessi - ir-responsabbilita` ma tkunx necessarjament konnessa mar-rimedju - cioe` l-att anti-kostituzzjonali jista' jkun kommess minn persuna, waqt li r-rimedju jew il-mizuri rimedjali jigu pretizi minn haddiehor.u ghalhekk, dawk il-persuni li jirrapresentaw dawk il-fonti rimedjali qatt ma jista' jinghad li mhumiex il-legittimi kontraditturi - anke metamhumiex responsabbli bl-ebda mod ghall-misfatt kostituzzjonali u ma' ghandhom assolutament ebda possibilita` li jinfluwenzaw b'xi mod dak il-misfatt. Dan qed jinghad b'mod assolut, ghalkemm ir-realta` -- daqstant iehor assolutament - tkun dejjem mod iehor. Per ezempju - fil-kaz ta' dewmien biex tinghata sentenza - il-Qorti ma tkunx qed timrah fl-immaginattiv meta tghid li parti almenu mit-tort ta' dak id-dewmien kien dovut ghan-numru eccessiv ta' kawzi li mhallfin successivi, kellhom, fis-sninli damet il-kawza, fattur dan li xi ftit jew wisq huwa attribwibbli ghall-amministrazzjoni ta' l-Onorevoli Ministru tal-Gustizzja u mhux biss esklussivament ghan-nuqqasijiet ta' l-Imhallfin - kif semplicement donnu tirritjeni dik is-sentenza.

L-Avukat Generali huwa persuna li hija kompriza fit-tieni kategorija in kwantu jekk, ghall-grazzja ta' l-argument, l-allegat lament tar-rikorrent jigippruvat, huwa f'pozizzjoni li jipprovdi rimedju finanzjarju - u fil-kaz odjern, ir-rimedju li mad-daqqa t'ghajn jidher li hu l-aktar indikat huwa dak tal-kumpens pekunjarju (kemm-il darba ma tiddecidix li s-semplici dikjarazzjoni li kien hemm lezjoni tammonta ghal "just satisfaction"). L-Avukat Generali huwa wkoll persuna tat-tieni kategorija in kwantu dejjem ghandu interess li jkun jaf u jara lil-ligijiet u l-proceduri gudizzjarji jikkonformaw ruhhom mal-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea.

Hawnhekk gie ritenut li proceduri quddiem il-Prim' Awla tal-Qorti Civili li b'kollox kienu damu tmintax-il sena kienu twalu eccessivament u b'hekk gie lez id-dritt tar-rikorrent ghal smiegh xieraq fi zmien ragjonevoli. Ghalkemm ir-rikorrent kien responsabbli in parti ghad-dewmien, xorta wahda dik-il parti tad-dewmien li ghaliha ma kienx responsabbli hu kienet eccessiva u leziva tad-drittijiet tieghu.

Il-Qorti qieset li f'kazijiet bhal dan ir-rimedju ordinarju kellu jkun fil-formata' kumpens pekunjarju. Madanakollu l-Qorti naqset il-kumpens ta' Lm3000 likwidat mill-ewwel Qortighal Lm600 billi r-rikorrent kien responsabbli ghal parti mid-dewmien (6 snin minn 18).




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info