Referenza: 21/2004

Dettalji tas-Sentenza


Data
08/11/2004
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Partijiet
CALLEJA PATRICK vs AZZOPARDI DR TONIO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, REGISTRAZZJONI TA` DECIZJONIJIET TAT-TRIBUNAL EKKLEZJASTIKU - HTIEGA TA` KONFORMITA` TAL-PROCEDURI QUDDIEM IT-TRIBUNAL MAL-KOSTITUZZJONI TA` MALTA
Fil-Qosor
Skond l-Artikolu 24(5)(ii) tal-Kap. 255, il-Qorti ta' l-Appell, qabel ma tordna r-registrazzjoni tad-decizjoni ta' annullament taz-zwieg tat-Tribunal Metropolitan, trid tkun sodisfatta, inter alia, li".matul u waqt il-procedimenti quddiem it-Tribunal il-partijiet tgharrfu sew bid-dritt taghhom ta'azzjoni u ta' difiza b'mod sostanzjalment mhux differenti mill-principji tal-Kostituzzjoni ta' Malta". Fost dawn il-principji hemm dak tad-dritt ghal smigh xieraq - Artikolu 39(2) tal-Kostituzzjoni -li, fil-kaz ta' persuna li tkun assenti minn Malta, jigi assigurat billi ghall-anqas dik il-persunajkollha f'dawk il-procedimenti civili lil xi hadd li jirrapresenta l-interessi taghha. Dana huwa l-minimu neccessarju biex ikun jista' jinghad li persuna assenti minn Malta, u li qatt ma setghet tiginotifikata bl-atti tal-kawza, inghatat smigh xieraq.

Hawnhekk irrizulta li l-intimata fil-proceduri quddiem it-Tribunal kienet assenti izda ma gie nominat hadd biex jirrapprezentaha. Il-Qorti,wara li qieset dana kollu sabet li il-procedura quddiem it-Tribunal ma kienetx konformi mal-Kostituzzjoni u cahdet it-talba ghar-registrazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni