Reference: 72/2001/1

Judgement Details


Date
03/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEGUARA PAUL ET vs MAGRO VICTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA LI JIDDECIEDI DWAR L-EZISTENZA TA` LOKAZZJONI - LOKAZZJONI, KOMPETENZA TAL-BORD LI JIRREGOLA L-KERA LI JIDDECIEDI PUNTI TA` DRITT
Summary
In linea ta' principju hu ndubitat illi l-Bord li Jirregola l-Kera hu kompetenti li jiddeciedi kwestjonijiet ta' dritt li jinqalghu fil-kawzi ta' kompetenza tieghu. Ma jidherx li jista' jkun hemm dubbju li l-Bord huwa kompetenti biex jiddeciedi jekk hemmx lokazzjoni jew le, ghax kieku ma kienx, kwalunkwe kerrej, sija biex itawwal sija ghal ragunijiet ohra, kien jista' permezz ta' din l-eccezzjonijissospendi, almenu temporanjament, il-funzjonijiet li lill-Bord huma moghtija mill-istess ligi litikkrejah.

Issokta jigi precizat f' kawza fejn giet trattata l-kwestjoni tas-soprassessjoni illi din il-fakolta wkoll konsentita lill-Bord ma ghandhiex tigi sfurzata jew ezagerata, "ghaliex altrimenti jkun bizzejjed li kontendent quddiem il-Bord, interessat fid-dilazzjoni tal-proceduri, jissolleva punt ta' dritt, jitlob is-soprassessjoni, u jarena l-kawza quddiem il-Bord. Dana l-perikolu jista' javvera ruhu kwazi fil-kawzi kollha quddiem dak it-tribunal specjali, u b' dan il-mod jigi newtralizzat ghal kollox l-iskop tal-ligi specjali f' din il-materja u tal-krejazzjoni ta' organu gudizzjarju appozitu bhal ma huwa l-Bord".




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info