Reference: 25/2003/1

Judgement Details


Date
03/11/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
J & C PROPERTIES LIMITED vs SULTANA ANTHONY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LOKAZZJONI, DRITTIJIET TAHT IL-KAP. 158 FIL-KAZ TA` SUB-ENFITEWTA TEMPORANEU F`EGHLUQ IC-CENS - KONSOLIDAZZJONI TA` ZEWG FONDI
Summary
Din kienet kawza dwar dritt ta' konverzjoni ta` enfitewsi temporanja f'lokazzjoni f'gheluq il-koncessjoni enfitewtika ai termini tal-Kap. 158.

B'kuntratt tal-21 ta' Novembru 1964 nghata b'enfitewsi lill-appellati appartament ghall-finijiet ta' abitazzjoni ghall-perijodu ta' sbatax (17) il-sena;

Fl-1977 il-flat sovrastanti ghal dak taghhom tbattal u huma bdew jokkupawh. Ghamlu kambjamenti fiz-zewg flats b' mod li addottawhom ghal htigiet taghhom b' mod li minn zewg fondi saru fondwiehed b'meter wiehed tad-dawl u ta' l-ilma u qampiena wahda;

Terminat il-perijodu enfitewtiku z-zewg flats (1 u 2) gew koncessi lill-appellati ghal perijodu ta' wiehed u ghoxrin (21) sena skond kuntratt datat 16 ta' Novembru 1981;

Is-sidien appellanti argumentaw li t-tieni appartamentma kienx ir-residenza ordinarja tal-konvenuti u ghalhekk dawn ma kienux intitolati jikkonvertu c-cens temporanju f'kirja.

Huwa fatt inkontraddett illi ghalkemm il-kuntratt l-ahhar imsemmi tas-16 ta' Novembru 1981 kien jispecifika l-koncessjoni b' cens ta' zewg flats gja qabel din id-data iz-zewg flats kienu mill-istess appellati censwalisti modifikati f' korp wiehed u dar wahda ta' abitazzjoni. Proprju l-istess Kapitolu 158 jiddefinixxi "dar ta' abitazzjoni" bhala "bini jew parti minn bini mibni jew adattat strutturalment biex jigi okkupat bhala abitazzjoni separata". Kif inghad, dinl-adattibilita` kienet gja sehhet qabel il-kuntratt ta' cens de quo u l-fatt allura li fih jissemmew iz-zewg flats ma jfisserx li ma kienux ukoll gja fond wiehed. Id-deskrizzjoni wehidha fil-kuntratt ma setghetx teghleb jew tinnewtralizza dan l-istat ta' fatt gja pre-ezistenti;

Stabbilit allura li z-zewg appartamenti kienu "quid unum" ma' l-gheluq tal-koncessjoni enfitewtika giet krejatakirja unika fir-rigward taghhom hekk konsiderati fond wiehed. Dan l-istat ta' fatt f' dak il-mumentstoriku ghandu rilevanza determinanti fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 tal-Kapitolu 158;

Is-subinciz (2) ta' dan l-artikolu jipprovvdi illi meta dar ta' abitazzjoni tkun inghatat b' cens temporanju u fit-terminu ta' dik l-enfitewsi kif stabbilit fl-istess artikolu l-enfitewta li jkun jokkupa d-dar bhala residenza ordinarja tieghu, ikollu l-jedd li jibqa' jokkupa d-dar b' titolu ta' kera.Dan bir-rata ta' kera operanti ex lege fis-subparagrafu (i) ta' l-istess subinciz (2);

Appena tiskadi l-koncessjoni enfitewtika hi dik id-destinazzjoni tal-fond li f' dak il-mument ikun ghalih indirizzat li tiddetermina n-natura tal-lokazzjoni li tigi mahluqa bis-sahha tad-disposizzjonijiettal-Kapitolu 158. Jigifieri c-censwalist, issa konvertit f' inkwilin, ma jibqaghlux aktar id-disponibilita` shiha tal-fond kif kellu meta kien enfitewta, imma jibqaghlu d-dritt li jibqa' juzufruwixxi u jgawdi l-fond lilu lokat kif kien qieghed juzah fil-mument meta skada c-cens.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info