Referenza: 283/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
18/06/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs SAMMUT ANTHONY
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL, DRITT TA` APPELL TAL-AVUKAT GENERALI - APPELL, ERROR JURIS - APPELL, NULLITA` TAR-RIKORS - APPELL, NUQQAS TA` DRITT TA' APPELL TAL-AVUKAT GENERALI SOLLEVABBLI EX UFFICIO - RAGION FATTASI, PASSAGG PRIVAT - RAGION FATTASI, PASSAGG PUBBLIKU
Fil-Qosor
Huwa veru li biex jikkonkorru l-estremi tar-reat ta' ragion fattasi ma hux mehtieg li persuna tigi mfixkla fid-dritt ta' passagg taghha minn passagg pubbliku; il-passagg jista' jkun wiehed privat (fis-sens li ma hemmx liberu access ghall-pubbliku in generali) izda xorta wahda l-kwerelant ikun gie mfixkel fid-dritt tieghu ta' passagg. Pero` jekk id-dritt ta' passagg pretiz ikun qed jigi reklamat inforza tal-fatt li l-passagg huwa wiehed pubbliku (cioe` miftugh ghal kulhadd), in-nuqqas ta' provata' dan il-fatt tista' legittimamanet twassal lill-ewwel qorti biex tillibera.

Kif inhu risaput, biex l-Avukat Generali jkollu dritt ta' appell skond id-disposizzjoni ta' l-Artikolu 413(1)(b)(iv)(i) tal-Kodici Kriminali, kif din id-disposizzjoni giet dejjem interpretata minn din il-Qorti, l-enuncjazzjoni zbaljata jew inkompleta tal-ligi - l-error juris - trid tirrizulta car mis-sentenza jew minn xi verbal registrat, u mhux tkun ibbazata fuq supposizzjonijiet jew kongetturi maghmula mill-Avukat Generali. Kif inhu risaput ukoll, in-nuqqas ta' dritt ta' appell ta' l-Avukat Genetali huwa sollevabbli minn din il-Qorti ex officio.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni