Reference: 1761/2001/1

Judgement Details


Date
28/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
MICELI HELEN SIVE NELLIE ET vs PISANI CARMELO SIVE CHARLES
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Keywords / Summary


Keywords
KONTUMACJA, GUSTIFIKAZZJONI GHAL - KONTUMACJA, MA TAMMONTAX GHAL AMMISSJONI - KONTUMACJA, META TKUN KOLPUZA - KONTUMACJA, PRINCIPJI REGOLATURI - KONTUMACJA, RATIO TAL-ISTITUT
Summary
Il-kontumacja m'ghandhiex titqies bhala stqarrija jew ammissjoni min-naha tal-imharrek ghal dak li jkun qieghed jintalab jew jigi allegat kontrih mill-parti attrici: ghall-kuntrarju, il-kontumacja tqieset bhala kontestazzjoni, u l-bdil li sar fil-ligi procedurali fl-artikolu 158 bl-Att XXIV tal-1995jidher li jtenni din il-fehma. Min-naha l-ohra, l-istitut tal-kontumacja huwa msejjes fuq il-presuppost li l-imharrek, bin-nuqqas tieghu li jwiegeb ghax-xilja u t-talba tal-parti attrici, ikun wera dispett lejn is-sejha tal-Qorti biex jidher quddiemha, liema dispett il-ligi thares lejh bhala ghamilli jisthoqqlu piena - dik li ma jkunx jista' jindahal fit-tressiq ta' provi - bhala element ta' disordni socjali;

Fuq ix-xaqliba l-ohra, u minhabba l-effett irriversibbli li l-kontumacja ggibmaghha, il-Qrati taghna ddecidew li r-rigorosita' tal-procedura ghandha tigi applikata u mfissra b'mod restrittiv fis-sens li fejn il-Qorti tkun soddisfatta li ma kien hemm l-ebda nuqqas volut min-naha tal-persuna mharrka li jista' jammonta ghal htija, m'ghandu jkun hemm l-ebda diffikulta' li l-kontumacja titqies gustifikata;

Il-principji li jirregolaw jekk il-kontumacja hijiex bi htija jewle, gew ghadd ta' drabi mfissra u elenkati. Il-principji huma li: (a) il-kontumacja mhix gustifikata jekk kienet volontarja; (b) jew jekk kienet kolpuza; (c) li jehtieg li biex tkun gustifikata tigimurija raguni gusta ghas-sudisfazzjon tal-Qorti; (d) liema raguni gusta trid tissarraf f'impedimentlegittimu; (e) li tali impediment irid ikun indipendenti mir-rieda tal-persuna kontumaci; minbarra dan, (f) sabiex zball ikun meqjus bhala impediment legittimu, irid ikun zball invincibbli b'mod li (g) l-impediment legittimu li jzomm lill-parti milli tressaq id-difiza taghha irid ikun dik li bnadi ohra ssejhet bhala una necessita' impellente di chiamata ad altri doveri imprescindibili; u (h) li l-impossibilita' li l-imharrek jikkontesta t-talba jew li jidher ghas-subizzjoni trid tkun gravi u fizika, u eccezzjonalment biss, wahda morali;

Sa minn dejjem, il-Qrati taghna qiesu li jaghmludifferenza bejn il-kontumacja ta' tort u dik gustifikabbli. Huma ssoktaw b'din il-linja wkoll sa zminijiet ricenti u ddistingwew bejn il-konvenut li juri disinteress assolut u l-iehor li juri kull fehma li jikkontesta l-kawza u li ma lahaqx ghamel dan ghal raguni li ma kienx jahti ghaliha;

Il-kolpa tikkonsisti fl-omissjoni tal-konvenut li, in konformita' mad-doveri imposti mil-ligi, jonqosli jaghmel l-arrangamenti necessarji, fid-dar u fil-post tax-xoghol, biex jaslu ghandu l-ittri registrati li jaslulu, jew meta jaghmel dawk l-arrangamenti imbaghad jonqos li jsir jaf b'dak li suppostikun jaf. . . . Il-kazijiet fejn ikun hemm nuqqasijiet pruvati tat-terzi persuni li jircievu l-attibil-posta, jitolbu konsiderazzjoni ohra, u li jridu jigu risoluti skond il-konkretezza ta' kull kaz.

Il-Qrati generalment urew li lesti li jaghtu lil persuna li turi li tassew kellha ragunijiettajba minhabba l-istat ta' sahhitha, il-kreditu kollu biex titqies li ggustifikat il-kontumacja taghha. Madankollu, r-raguni wahedha li persuna kienet marida fil-jiem li fiha setghet jew messha tressaq Nota tal-Eccezzjonijiet ma jgibx b'daqshekk biss li l-kontumacja taghha kienet misthoqqa, ghaliextrid tintwera cirkostanza ta' impediment invincibbli li minhabba fih dik il-persuna tkun mizmuma milli tikkomunika mal-avukat taghha. Fil-kaz tal-imharrek, jinghad fl-ewwel lok, li jekk dak li nghaddwaru kien minnu, ma kinitx il-qaghda ta' sahhtu li zammitu milli jfittex lill-avukat tieghu: kemm hu hekk, lanqas kien gie muri minn hutu li kellu ghalfejn jahseb biex ifittex avukat (ghalkemm xihaddminnhom jew ghalihom deherlu li kien kollox sewwa li jressaq applikazzjoni f'ismu biex jinghata l-beneficcju tal-Ghajnuna Legali);




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info