Reference: 6/2003/1

Judgement Details


Date
29/10/2004
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
LOSINJSKA PLOVIDBA BRODARSTVO D.D. NOE vs VALFRACHT MARITIME CO. LTD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ARBITRAGG, META L-LODO ARBITRALI JIPPRVODI GHAL IMGHAX LI JECCEDI DAK PERMESS MIL-LIGI - ARBITRAGG, REGISTRAZZJONI TA` LODO ARBITRALI ESTERU - ORDNI PUBBLIKU
Summary
Il-paragrafu (f) tas-subartikolu (2) tal-Artikolu 3 tal-Kap 52 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li ebda ordni ghar-registrazzjoni ta' sentenza taht dan l-artikolu ma jigi moghti jekk:

is-sentenza kienet moghtija dwar azzjoni li ghar-ragunijiet ta' ordni pubbliku jew ghal ragunijiet ohra bhaldawn, ma kenitx tista' tigi milqugha mill-qorti registratrici.

Hawnhekk l-intimati kienu qedjopponu r-registrazzjoni tal-lodo arbitrali billi dan kien jipprovdi ghal imghaxijiet fuq is-sortelikwidata li kienu jeccedu dak permess mil-Ligi Maltija.

Il-Qorti irriteniet li minn ezami ta' dan il-provvediment jidher li l-enfazi huwa fuq il-kelma "azzjoni" u trid tkun din l-azzjoni li tmur kontra l-ordni pubbliku biex l-lodo ma jkunx jista' jigi registrat. Fil-kaz in ezami l-meritu tal-kontestazzjoni li wassal lill-partijiet ghall-proceduri ta' arbitragg ma kellu x'jaqsam xejn ma' kwistjoni tar-rata ta' imghax li kellha tigi applikat.

Anki jekk il-lodo jikkontempla imghaxijiet fuq imghaxijiet li jistghu teoretikament jwasslu ghall-imghax b'rata superjuri ghal dik permessa, dan pero' ma ghandux iwassal ghac-cahda ta' registrazzjoni tal-award billi tali imghax ma jifformax il-meritu proprju tal-lodo izda jikkostitwixxi element sekondarju li ma ghandux jiddisturba l-ezigibilita` tal-kapital likwidat fid-decizjoni arbitrali. Il-Qorti ordnat li fir-rigward tal-imghax akkordat fid-decizjoni arbitrali s-socjeta` rikorrenti ma tkunx tista' tezigi imghaxijiet in eccess ghal dawk permessi bil-ligi nostrana.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info