Referenza: 683/1997/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
29/10/2004
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CUSCHIERI NOEL
Partijiet
BUGEJA MARIA ET vs CACHIA MARY
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - LOKAZZJONI, AZJENDA KUMMERCJALI - HANUT LI JKUN ILU MAGHLUQ GHAL NUMRU TA` SNIN - LOKAZZJONI, BARE PREMISES
Fil-Qosor
Il-kelma avvjament tfisser ordinarjament trawwim ta' post ghan-negozju u ghandha sinifikat preciz lihu tradott f' valur ekonomiku distnti minn dak tal-bare premises lokat, fejn jigi gestit. Hi din il-karatterisika partikolari inerenti mal-fond li in effetti tbiddel in-natura tieghu ... il-kelma avvjament ghandha sinifikat specifiku, tindika certu klijentela f' xi generu ta' negozju.

L-izjed element determinanti hu l-fatt illi kien hemm negozju miexi bil-kljentela tieghu, u l-konvenut kompla jmexxi l-istess negozju.

Konformament gie ritenut li l-licenzji u attrezzaturi jassumu importanza sekondarja. "L-ezistenza ta' vetrini, bank, xkaffar u armar simili fil-post adebit bhala hanut, li kien gia uzat bhala hanut u lokat mill-gdid biex jigi uzat bhala tali, ma tirrendix b' daqshekk biss il-lokazzjoni ta' dak il-hanut bhala lokazzjoni ta' hanut avvjat - ammenocche' ma jirrizultax li dawk l-attezzi ma jkunux effettivament qed jigu uzati fil-mument tal-kirja biex jitmexxa n-negozju. Negozju li jrid ikun gestit u haj. 'Biex kuntratt ta' lokazzjoni ma jigix ritenut li jaqa' that il-kompetenza tal-Bord tal-Kera hemm bzonn li anke l-avvjament jkun jifforma oggett tal-kuntratt. Mhux billi wiehed ihalli ftit oggetti fil-post, b' daqshekk ikun qieghed jikrih bhala business concern.

Il-mument relevanti, u li ghalih ghandu jirreferi l-ezami odjern, huwa dak tal-kontrattazzjoni tal-lokazzjoni, fis-sens li jehtieg li jigi stabbilit jekk meta l-kontraenti dahlu fil-ftehim lokatizzju kienx hemm negozju avvjat: negozju "gestit u haj"; ghax in mankanza ta' tali ma jistaxjinghad li l-ftehim kien jikkomprendi l-avvajmanet, meta f' dak il-mument partikolari l-avvjament ma kien jezisti jew ma kienx ghadu jezisti. Ghalhekk mhux sufficjenti li l-atturi jipprovaw li fil-hanut de quo kien ghal zmien twil jigi gestit negozju partikolari, imma sabiex jirnexxu fl-azzjoni taghhom, jehtieg li jipprovaw li dan in-negozju kien ghadu ghaddej u haj fil-mument tal-kontrattazzjoni - prova li tispetta lilhom kemm fattwalment, stante l-allegazzjoni taghhom li "hawn si trattava ta' kirja ta' avvjament ta' negozju ..", kif ukoll legalment fuq l-istregwa tal-massima onus probandiei qui dicit non ei qui negat.

In propositu gie ritenut li jekk hanut jaghlaq ghal ftit zmienizda ma jkunx tilef l-avvjament tieghu, xorta jibqa' business concern, u ghalhekk ghandhom jigu ezaminati c-cirkostanzi kollha tal-kaz.

Ma kienx sufficjenti biex jigi, sodisfatt l-oneru tal-prova dwar l-ezistenza tal-avvjament fiz-zmien il-kontrattazzjoni, li l-atturi jipprovaw li l-hanut kien diga' gie uzat bhala hanut, imma kienet necessarju wkoll il-prova li fil-mument tal-kirja in-negozju bhala going concern kien ghadu haj. Fi kliem iehor li l-hanut kien ghadu avvjat fin-negozju.

Hawnhekk saret il-prova li l-hanut in kwistjoni kien ilu maghluq ghal madwar sentejn qabel ma nkera lill-konvenuti. Il-Qorti irriteniet li ghalhekk din kienet lokazzjoni ta' "bare premises" u mhux ta' avvjament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni