eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: 507/2002/2
Download
Judgement Details
Date
25/10/2004
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
FORMOSA JOHN ET vs SAPIANO DR. GEORG ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
FORMOSA JOHN ET vs SAPIANO DR. GEORG ET - 507/2002/2 - CIVIL COURT, FIRST HALL, MALTA
Appealed Details
Appealed
Yes
Keywords / Summary
Keywords
LOKAZZJONI, META TITQIES BHALA ENFITEWSI
Summary
L-artiklu 1498 tal-Kap. 16 jiddisponi li:
"Jekk fond jigi moghti ghal izjed minn sittax il-sena jew b'mod li l-koncessjonarju jista' jtawwal iz-zmien tal-koncessjoni ghal izjed minn sittax il-sena u fil-kaz il-wiehed jew l-iehor taht kondizzjonijiet li jaqblu izjed mad-disposizzjonjiet ta' l-artikli li gejjin f' dan it-titolu (fuq l-Enfitewsi) milli ma' dawk dwar il-kuntratti ta' kiri il-koncessjoni titqies li hija ta' enfitewsi, ghalkemm il-partijiet ikunu tawha isem ta' kiri u din il-koncessjoni hija nulla jekk tigi maghmula xorta ohra milli b' att pubbliku."
Mhux bizzejjed lil-kuntratt ikun ghal perjodu li jeccedi s-sittax il-sena biex jigi dikjarat li hu enfitewsi izda hemm bzonn ukoll ghal dan il-ghan li l-kondizzjonijiet globali tal-kuntratt ikunu iktar jixhbu lil dawkta' enfitewsi milli ta' lokazzjoni. F'dan is-sens il-Ligi taghna hija differenti minn dik Taljana per esempju illi tassattivament tghid li l-lokazzjoni ma tistax tinghata ghal perjodu li jeccedi t-tletin sena.
Ma hemmx ghalfejn jinghad li legalment hemm differenza kbira bejn iz-zewg kuntratti. Il-legislatur kellu probabilment zewg ragunijiet ghaliex illegisla hekk l-artiklu fuq imsemmi, wahda raguni fiskali u cioe' ried jevita li l-partijiet ma jhallsux boll billi minflok jikkuntrattaw enfitewsi isemmu l-istess kuntratt lokazzjoni u barra minn hekk meta kuntratt ikollu certu tul hu importanti li jkun insinwat biex ma jkunx hemm il-periklu li l-iskrittura tintilef u ma tkunx disponibbli meta jinqala' l-kaz. Hu x'inhu pero' hu car li mhux bizzejjed li jkun hemm perjodu li jeccedi s-sittax il-sena biex isir b'att pubbliku taht piena ta' invalidita'.
Bazikament id-differenzabejn iz-zewg kuntratti hija li fl-enfitewsi l-utilista hu meqjus bhala s-sid fil-perjodu enfitewtikuu ghandu prattikament biss l-obligu li jhallas ic-cens fil-waqt li fil-lokazzjoni l-principju jibqa' li s-sid jibqaghlu l-obbligazzjonijiet ta' sid u l-kerrej jista' biss juza l-oggett mikri. Ghalhekk wiehed irid ihares lejn il-ftehim in kwistjoni fil-fond biex jara lil liema kuntratt dan jixbahl-iktar.
Il-Ligi taghna ma taghmel eba divjet ta' lokazzjoni itwal minn certu perjodi, hlieffil-kaz ta' uzu fruttwarji .... u pusessuri taht titolu rizolubili ... .. Ghalhekk il-lokazzjoni ta' fondi urbani u rustici tista' ssir ghal kwalunkwe zmien, twil kemm ikun twil purke jkun determinat u jkun jirrizulta minn att pubbliku jew min skrittura privata jekk jeccedi sentejn fil-kaz ta' fondi urbani ...
Ghalhekk irid jigi ezaminat jekk il-kondizzjonijiet tal-kuntratt in kwistjoni jixbhux iktar kuntratt ta' lokazzjoni jew ta' enfitewsi.
Kuntratt ta' lokazzjoni skond l-artiklu 1526 tal-Kap 16 huwa;
Kuntratt li bih wahda mill-partijiet tintrabat li taghti lill-ohra t-tgawdija ta' haga, ghal zmien miftiehem u b'kera miftiehem, li din il-parti tintrabat li thallas ghaliha.
Kuntratt ta' enfitewsi skond l-artiklu 1494 hu kuntratt li bih wahda mill-partijiet ... taghi lill-parti l-ohra, ghal dejjem jew ghal zmien bi hlas ta' kull sena determinat jew b'cens determinat illi din tal-ahhar tintrabat li thallas lilha fi flus jew f'oggetti bhala rikonoxximant tad-dominju...
Hawnhekk l-obligazzjonijiet tal-partijiet elenkati fil-kuntratt kienu pjuttost limitati. Is-sid obliga ruhu li jpoggi kcina gdida fil-waqt li l-konvenuti obligaw ruhhom illi jaghmel ix-xoghlijiet l-ohra biex jirrendi l-fond abitabbli. Ghalkemm is-solitu dan isir f'kuntratt ta' enfitewsi, ma hemm xejn fl-artikoli li jirrigwardjaw il-kera li jipprojbixxu klawsoli bhal dawn, anzijsiru spiss. Anke l-klawsola li tipprojbixxi lill-konvenut li jissulloka ma hijiex projbiti f'kuntratt ta' kiri ghalkemm bhal dawk imsemmija iktar qabel, trid tissemma' fil-kuntratt ghaliex jekk ma tigix inkluza japplika l-kuntrarju. Ghalhekk jista' jinghad li l-kondizzjonijiet li ma humiex parti mill-kuncett ta' lokazzjoni xorta wahda jistghu ikunu parti minn tali kuntratt jekk jitnizzlu u m'humiex projbiti mill-ligi fir-rigward. Mill-banda l-ohra mbaghad dik li l-konvenut ma jbiddilx id-destinazzjoni tal-fond hija indubbjament inkompatibbli ma' kuntratt ta' enfitewsi ghaliex l-enfitewta huwa, fil-perjodu enfitewtiku prattikament is-sid.
Click here to search again.
We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies.
More Info
Got It