Reference: 17/2003

Judgement Details


Date
22/10/2004
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA vs SPITERI PATRICK
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DOKUMENT, FALSIFIKAZZJONI TA` - DOKUMENT PUBBLIKU - DOKUMENT, FALSIFIKAZZJONI TA` - GROSSOLANITA` TAL-FALSIFIKAZZJONI - TRUFFA, ELEMENT SOGGETTIV
Summary
Apparti l-kwistjoni tat-tenttaiv ta' truffa, pero`, huwa minnu li hemm gurisprudenza li meta l-falsita` tkun wahda grossolana li ma tista' qatt tqarraq ossia tinganna lil xi hadd, allura r-reat ta' falsifikazzjoni ma jissussistix. Dan, pero`, ma japplikax meta d-dokument in kwistjoni ikun wiehed pubbliku, ghax f'dan il-kaz il-hsara tikkonsisti fil-pregudizzju li jigi kkagunat lill-interessi legittimi tac-cittadin mill-offiza ghall-fiducja pubblika.

Hu evidenti li n-natura pubblika ta' dokument u n-natura ta' dak id-dokument bhala wiehed "awtentiku" ma tigix nieqsa bis-semplici fatt li tkun saret il-falsifikazzjoni f'dak l-istess dokument (fit-test tieghu jew fil-firma jew firem), ghaxaltrimenti ebda att "awtentiku u pubbliku" ma jkun jista' qatt jigi falsifikat ghall-finijiet tal-Artikolu 183 tal-Kodici Kriminali.

Biex dokument jikkwalifika bhala wiehed pubbliku u awtentiku hu mehtieg bhala regola generali li jkun dokument (1) destinat li jaghti fidi pubblika tal-kontenut tieghu, (2) maghmul bil-formalitajiet mehtiega u (3) rilaxxjat minn ufficjal pubbliku li ghandu s-setgha skond il-ligi li jaghti fidi pubblika lil dak il-att. S'intendi, jekk ma jkunx fil-fatt gie maghmul minn "ufficjal pubbliku" ghax il-firma tal-ufficjal pubbliku tkun giet falsifikata minn xi hadd iehor, ma jigix nieqes l-element numru (3): ghall-kelma "rilaxxjat" ghandha tinqara l-espressjoni"apparentement rilaxxjat" (purporting to be issued) minn dak l-ufficjal pubbliku. Hekk ukoll, metawiehed jirreferi ghall-"formalitajiet mehtiega", ma jfissirx neccessarjament li nuqqas zghir ta' formalita` li ma jkunx essenzjali biex jaghti fidi pubblika jew awtenticita` lil dak l-att igib bhala konsegwenza li dak l-att ma jkunx wiehed pubbliku jew wiehed awtentiku: wiehed ghandu jhares lejn dakli hu essenzjali ghall-forma u mhux dak li hu marginali.

Ghall-finijiet ta' l-element soggettiv ossia morali tar-reat ta' truffa, l-agent oltre li jkun jintendi l-agir tieghu, huwa mehtieg lijintendi wkoll l-ingan tal-vittma, bhala konsegwenza ta' l-istess agir u, fl-ahhar, ir-reallizzazzjoni ta' dak il-profitt li jikkostitwixxi l-ahhar fazi tal-process ezekuttiv tad-delitt. Naturalment huwa mehtieg li dik il-volontà tkun akkompanjata mill-konsapevolezza tal-karattru frodatorju tal-mezzuzat, ta' l-ingustizzja tal-profitt previst u d-dannu rizultanti mill-ingann.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info